21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2021 – Grupo Eig Multimedia vs EUIPO– Globalización de Valores CFC & GCI (FORO16)

(Kawża T-796/21)

(2022/C 84/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Grupo Eig Multimedia, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Globalización de Valores CFC & GCI, SL (Mairena del Aljarafe, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “FORO16” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 036 099

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża R 1785/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti billi tirrevoka id-deċiżjoni inizjali u tiddeċiedi, minflok, iċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.