|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/61 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2021 – Wenz Kunststoff vs EUIPO – Mouldpro (MOULDPRO)
(Kawża T-794/21)
(2022/C 73/75)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG (Lüdenscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mouldpro ApS (Ballerup, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOULDPRO – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 022 317
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 646/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad it-talba ta’ Mouldpro ApS tat-30 ta’ Jannar 2008 dwar il-kanċellazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 10 022 317; |
sussidjarjament:
|
— |
tiċħad it-talba għal kanċellazzjoni sa fejn tmur lil hinn mill-prodott “ġewżiet tal-manek tal-plastik” (inkluż fil-klassi 17); |
sussidjarjament:
|
— |
tibgħat lura l-każ quddiem l-EUIPO għal proċedimenti u deċiżjoni ulterjuri; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk tal-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |