7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/31


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Gameageventures vs EUIPO (GAME TOURNAMENTS)

(Kawża T-776/21)

(2022/C 64/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gameageventures LLP (Folkestone, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Santos Rodriguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GAME TOURNAMENTS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 207 605

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 221/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smigħ;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba.