|
21.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 84/42 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2021 – DPG Deutsche Pfandsystem vs EUIPO – Užstato sistemos administratorius (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ flixkun u ta’ vleġġa)
(Kawża T-774/21)
(2022/C 84/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DPG Deutsche Pfandsystem GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Götz, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Užstato sistemos administratorius VšĮ (Vilnjus, il-Litwanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ flixkun bi vleġġa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 481 519
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 117/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
Il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu b’mod żbaljat fuq il-fatt li r-rikorrenti naqset milli tipprova li t-trade mark preċedenti tagħha kienet is-suġġett ta’ użu ġenwin konformi mal-funzjoni primarja tagħha bħala sinjal li jindika l-oriġini kummerċjali fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati.