24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/52 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)
(Kawża T-747/21)
(2022/C 37/68)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Borussia VfL 1900 Mönchengladbach GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kitzberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: David Neng (Brüggen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Fohlenelf” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 246 898
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2126/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-proċedura prekontenzjuża. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 97(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |