|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/47 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Refractory Intellectual Property vs EUIPO (e-tech)
(Kawża T-737/21)
(2022/C 37/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Refractory Intellectual Property GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea e-tech – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 274 481
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 548/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |