17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/48


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2021 – Łosowski vs EUIPO – Skawiński (KOMBI)

(Kawża T-730/21)

(2022/C 24/62)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Sławomir Łosowski (Gdańsk, il-Polonja) (rappreżentant: K. Czub, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grzegorz Skawiński (Sopot, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “KOMBI” –Trade mark tal-Unjoni Nru 12 534 491

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni taL-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 381/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Grzegorz Skawiński għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.