|
17.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/47 |
Rikors ippreżentat fil-10 ta’ Novembru 2021 – Sunrise Medical and Sunrise Medical Logistics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-721/21)
(2022/C 24/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sunrise Medical BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) Sunrise Medical Logistics BV (Amsterdam) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1367 tas-6 ta’ Awwissu 2021 fit-totalità tiegħu mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1367 tas-6 ta’ Awwissu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (1), ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali dwar l-applikazzjoni tagħhom. L-ewwel, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni applikat il-liġi b’mod żbaljat meta ma ħadet inkunsiderazzjoni l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Disabilità. It-tieni, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni jew milli tieħu inkunsiderazzjoni suffiċjentement l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni Ewropea f’dan il-kuntest, b’mod partikolari kif applikat fil-Kawża C-198/15 Invamed Group et (2), fejn minflok applikat il-kunċett żbaljat ta’ diżabilità. Minflok, ir-regolament ikkontestat jagħti attenzjoni għal kriterji irrilevanti misluta min strumenti magħmulin qabel id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (3) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Disabilità. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest fi ħdan it-tifsira tal-Kawża C-463/98 Cabletron (4). Ir-rikorrenti jsostnu li kienu ġew meqjusa, u applikati, kunsiderazzjonijiet irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat li l-prodott identifikat fid-deċiżjoni kkontestata (fil-Kolonna (3) tal-anness tar-regolament ikkontestat) għandu jiġi kklassifikat taħt l-Intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda iktar milli taħt l-Intestatura 8713 tan-Nomenklatura Magħquda. Iktar minn hekk, u sussidjarjament, il-Kummissjoni kklassifikat il-prodott b’mod żbaljat, li, b’applikazzjoni tal-gwida pprovduta fil-Kawża tal-Qorti tal-Ġustizzja C-198/15 Invamed, kellu jiġi kklassifikat taħt l-Intestatura 8713 tan-Nomenklatura Magħquda. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, b’mod partikolari, regola proċedurali intiża li tiżgura li l-miżuri jiġu fformulati bil-premura meħtieġa, li l-osservanza tagħha tista’ tinfluwenza l-kontenut tal-miżura. |
(2) Sentenza tas-26 ta’ Mejju 2016, Invamed Group Ltd et vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs, C-198/15, EU:C:2016:362.
(4) Sentenza tal-10 ta’ Mejju 2001, Cabletron Systems Ltd vs The Revenue Commissioners, C-463/98, EU:C:2001:256.