24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerkstatt)

(Kawża T-706/21)

(2022/C 37/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Stahlwerkstatt” – Applikazzjoni Nru 18 219 170

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1987/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirriformula d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-konvenut tas-27 ta’ Awwissu 2020 kif ukoll id-deċiżjoni kkontesata, u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark għal serivizzi ta’ edukazzjoni u ta’ struzzjoni fil-klassi 41;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.