29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/42 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2021 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi)
(Kawża T-652/21)
(2021/C 481/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: L. Oliva Torras, SA (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mecánica del Frío, SL (Cornellá de Llobregat, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi) – Disinn tal-Unjoni Nru 002217588-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1306/2020-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew |
— |
temenda d-deċiżjoni kkontestata; u |
— |
tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż, jekk il-parti l-oħra tkun talbet dan. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 4(2) u (3) u tal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikoli 5, 6 u7 tar-Regolament Nru 6/2002. |