|
13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 502/36 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2021 – YD vs FRA
(Kawża T-648/21)
(2021/C 502/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: YD (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-konvenuta li tirrifjuta li tagħtih eċċezzjoni skont l-Artikolu 12(2)(a) tar-Regolament Nru 31 (KEE)/11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) u li ttemm, konsegwentement, il-kuntratt tar-rikorrent taħt l-Artikolu 47(c)(ii) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra; |
|
— |
jekk hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-konvenuta li tiċħad l-ilment taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal dirett mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq; |
|
— |
tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrent stmati ex aequo et bono għal EUR 50 000; |
|
— |
tordna, bħala miżura ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura, il-preżentazzjoni mill-konvenuta tal-informazzjoni relatata mal-esperjenza tal-Uffiċjal Kontabbli li ġie appuntat irreġistrata fir-rekords tal-Baġit Ibbażat fuq l-Attivitajiet tal-konvenuta; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-konvenuta kisret id-dritt tas-smigħ tar-rikorrent għaliex id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr ma r-rikorrent instema’ mid-Direttur wara r-rakkomandazzjoni negattiva tal-Kap tas-Servizz Legali tal-konvenuta. |
|
2. |
It-tieni motiv li jallega li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Ir-rikorrent jikkontesta li n-nota amministrattiva li tat bidu għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjoni inħarġet mill-Kap tal-Korporazzjoni tal-konvenuta u għalhekk ma huwiex ċar jekk da nil-proċess kienx stabbilit minn awtorità kompetenti. Barra minn hekk, ma hemmx evidenza li d-Direttur tal-konvenuta approva n-nota amministrattiva. Huwa allegat ukoll li anki l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-interess tas-servizz huma ċari fir-rigward ta’ jekk ġewx adottati minn awtorità kompetenti jew le. |
|
3. |
It-tielet motiv li jallega li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ imparzjalità għaliex ir-rakkomandazzjoni tal-każ tar-rikorrent kienet saret mill-manager ġerarkiku preċedenti tar-rikorrent, li ma kienx f’pożizzjoni li jevalwa l-espressjoni ta’ interess tiegħu fid-dawl tal-kriterji rilevanti u li ma kienx imparzjali. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv li jallega li l-konvenut wettaq wettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-interess tas-servizz u fir-raġunament għad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, huwa allegat li l-konvenuta kisret l-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba tagħha u abbużat mis-setgħa tagħha. |
|
5. |
Il-ħames motiv li jallega li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, l-obbligu ta’ premura tagħha kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta u l-prinċipju ta’ ċertezza legali, għaliex ir-rikorrent, peress li huwa membru tal-persunal mir-Renju Unit, ma kellux kjarezza fir-rigward tal-pożizzjoni legali tiegħu mal-konvenuta għal madwar sentejn. |
|
6. |
Is-sitt motiv li jallega li d-deċiżjoni kkontestata toħloq diskriminazzjoni abbażi tas-saħħa tar-rikorrent. |