29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Apart vs EUIPO – S. Tous (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors)

(Kawża T-638/21)

(2021/C 481/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Apart sp. z o.o. (Suchy Las, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S. Tous, SL (Manresa, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 127 144

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1437/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tbiddel id-deċiżjoni bir-revoka tat-trade mark inkwistjoni;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tirriferi l-każ lura lejn il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO u lil S. TOUS S.L. għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u dawk tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) flimkien mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ nuqqas ta’ raġunijiet li fuqhom huma bbażati s-suppożizzjonijiet dwar il-karattru tat-trade mark ikkontestat;

Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari id-dritt għal smigħ, l-obbligu tal-amministrazzjoni li tagħti l-motivi għad-deċiżjonijiet tagħha, il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ċertezza legali u ugwaljanza fit-trattament.