29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/34 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER)
(Kawża T-610/21)
(2021/C 481/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arne-Patrik Heinze (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K K WATER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 092 777
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2327/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |