|
8.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 452/45 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2021 – Euranimi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-598/21)
(2021/C 452/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, P. Gjørtler u V. Villante, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU 2021, L 225I, p. 1); |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-kawża preżenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażta fuq il-ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1) billi wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni ta’ dannu serju jew il-possibbiltà ta’ dannu serju. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni tad-data dwar is-suq rilevanti u tal-ipoteżi kontrofattwali relatata ma’ tmiem il-miżuri ta’ salvagwardja huma żbaljati. Fid-dawl tas-sitwazzjoni eċċezzjoni mondjali, il-Kummissjoni kisret ukoll id-dmir tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tas-sena 2021 wara l-perijodu ta’ investigazzjoni (PI). |