29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2021 – Serrano Velázquez vs Il-Parlament

(Kawża T-589/21)

(2021/C 481/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: María Teresa Serrano Velázquez (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: F. Vázquez Sánchez, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-Petizzjoni 0242/21 minn María Teresa Serrano Velásquez u tinvestiga l-fatti allegati fiha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem motiv wieħed ibbażat fuq li d-deċiżjoni meħuda ma kinitx motivata b’mod korrett skont l-Artikolu 296 TFUE.