25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/53


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2021 – Tinnus Enterprises vs EUIPO –Mystic Products (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

(Kawża T-555/21)

(2021/C 431/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tinnus Enterprises (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Wuttke, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1 431 829-0003

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1007/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex:

l-appell tar-rikorrenti jintlaqa’,

tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni tal-applikant għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ICD 10 300 li tiddikjara l-invalidità tad-disinn ikkontestat,

tikkundanna lill-applikant għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità sabiex tħallas l-ispejjeż subiti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-applikant għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-24 ta’ Marzu 2021, Lego vs EUIPO – Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli) (T-515/19, mhux ippubbilkata, EU:T:2021:155);

Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2018, DOCERAM (C-395/16, EU:C:2018:172);

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Interpretazzjoni żbaljata tal-applikazzjoni għal privattiva EP 3 005 948 A2 u tal-applikazzjoni għal disinn multiplu tar-rikorrent Nru 1 431 829-0001-0010.