18.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/29


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2021 – Pierre Lannier vs EUIPO – Pierre Lang Trading (PL)

(Kawża T-530/21)

(2021/C 422/38)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Lannier (Ernolsheim-lès-Saverne, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pierre Lang Trading GmbH (Vjenna, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent(i) / il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 176 992

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1915/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni inammissibbli minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni fiż-żmien xieraq;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tindika li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija simili għat-trade mark preċedenti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-kumpannija Pierre Lang GmbH għall-ispejjeż imġarrba minħabba l-intervent tagħha jekk din tintervjenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.