11.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/19 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-470/21)
(2021/C 412/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovytch Klymenko bħala ammissibbli;; |
— |
tiddikjara li billi tadotta l-miżuri restrittivi kontra O.V. Klymenko, kemm jekk annullati kif ukoll jekk le, li jirrigwardaw:
|
— |
il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea invoka r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tiddikjara konsegwentement li l-Unjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-danni li jirriżultaw għar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkumpensa d-danni li jirriżultaw minn dannu għall-onorabbiltà u għar-reputazzjoni, li tammonta għal EUR 50 000, li magħhom għandhom jiżdiedu l-interessi legali u kwalunkwe somma oħra li tkun iġġustifikata; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jagħti lir-rikorrent somma li tikkorrispondi għal EUR 500 għal kull xahar li matulu ismu ġie mdaħħal fuq il-listi kkontestati bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu li jirriżulta mid-diffikultajiet ikkawżati lil ħajtu kuljum u d-dannu lil saħħtu li magħha jridu jiżdiedu l-interess legali, u kull somma oħra li tkun iġġustifikata; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni li jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fi ksur mill-Kunsill tal-obbligu tiegħu li tiġi stabbilita l-fondatezza tal-miżuri restrittivi adottati. |