20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/30


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Ionfarma vs EUIPO – LG Electronics (AION)

(Kawża T-465/21)

(2021/C 382/42)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Ionfarma, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 892 367

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 2223/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nruo17 892 367 AION għall-prodotti kollha;

tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li LG Electronics tiddeċiedi tintervjeni f’dawn il-proċeduri, lil LG Electronics għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.