|
11.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/13 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2021 – UBS Group u UBS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-441/21)
(2021/C 412/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UBS Group AG (Zürich, l-Isvizzera), UBS AG (Zürich) (rappreżentanti: D. Wood u I. Ioannidis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat, u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2021 C(2021) 3489 finali dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.40324 – Bonds tal-Gvernijiet Ewropej); jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa għal EUR 51,3 miljun skont il-metodoloġija nnegozzjata tal-valur nett tal-UBS; jew tnaqqasha għal EUR 60,6 miljun skont il-metodoloġija nnegozzjata tal-valur nett tal-UBS; jew tnaqqas il-multa għall-inqas bi 65 % bħala konsegwenza tal-iżbalji u ineżattezzi identifikati fil-metodoloġija tal-Kummissjoni; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għall-ispejjeż ta’ UBS. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tapplika r-regoli tal-Unjoni Ewropea applikabbli ġeneralment għal kalkolu tal-fatturat tal-istituzzjonijiet finanzjarji, biex b’hekk tikser il-prinċipji ġenerali tal-ugwaljanza fit-trattament u l-aspettattivi leġittimi. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni telqet b’mod żbaljat mil-Linji Gwida dwar il-Multi (1) b’mod li kien kemm arbitrarju kif ukoll spjegat b’mod insuffiċjenti, bi ksur tal-ġurisprudenza rilevanti u tad-drittijiet tad-difiża tal-UBS. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunament suffiċjenti insostenn tal-għażla tagħha ta’ metodoloġija. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tuża l-aħjar ċifri disponibbli fil-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta’ UBS. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat il-metodoloġija tagħha stess b’mod li kien materjalment difettuż, u huwa vvizzjat b’numru ta’ ineżattezzi u żbalji li rriżultaw fl-impożizzjoni ta’ multa għolja disproporzjalment fuq UBS. |
(1) Linji Gwida dwar il-metodu tal-istabbiliment ta’ multi skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ĠU 2006, C 210, p. 2.