6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/27


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2021 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

(Kawża T-416/21)

(2021/C 357/42)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio di Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Save the Duck SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ITINERANT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 946 859

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 997/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 946 859 fil-Klassijiet 18 u 25

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Esklużjoni żbaljata tal-provi prodotti quddiem il-Bord tal-Appell;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.