23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/28


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2021 – Etablissements Nicolas vs EUIPO – St. Nicolaus (NICOLAS)

(Kawża T-373/21)

(2021/C 338/36)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Etablissements Nicolas (Thiais, Franza) (rappreżentant: T. De Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: St. Nicolaus a.s. (Liptovský Mikuláš, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NICOLAS – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 231 484

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2021 fil-Każ R 1195/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.