9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Volkskreditbank vs SRB

(Kawża T-348/21)

(2021/C 320/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Volkskreditbank AG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021 (SRB/ES/2021/22), inklużi l-annessi, u f’kull każ sa fejn din id-deċiżjoni, inklużi l-annessi, tirrigwarda l-ammont li għandu jitħallas mir-rikorrenti;

tissospendi l-proċedura skont l-Artikolu 69(c) u/jew (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali sakemm tingħata deċiżjoni definittiva fil-Kawżi (magħquda) C-584/20 P (1) u C-621/20 P (2), C-663/20 P (3) u C-664/20 P (4), peress li dawn l-appelli, li ilhom pendenti għal ċertu żmien, iqajmu fil-parti l-kbira l-istess kwistjonijiet ta’ liġi;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi, li huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-347/21, Hypo Vorarlberg Bank vs SRB.


(1)  ĠU 2020, C 423, p. 32.

(2)  ĠU 2020, C 443, p. 17.

(3)  ĠU 2021, C 44, p. 33.

(4)  ĠU 2021, C 44, p. 35.