2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/37


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)

(Kawża T-323/21)

(2021/C 310/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Castel Frères (Blanquefort, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shanghai Panati Co. (Shanghai, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċinizi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 785 109

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 753/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrrenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.