|
26.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/47 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – KF vs BEI
(Kawża T-318/21)
(2021/C 297/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: KF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-13 ta’ Ottubru 2020; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta’ Marzu 2021 li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jsir eżami mill-ġdid amministrattiv tad-deċiżjoni tal-konvenut tat-13 ta’ Ottubru 2020; |
|
— |
tagħti kumpens għad-dannu morali sostnut mir-rikorrent; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 51(1) tar-Regolament tal-Iskema ta’ Pensjoni applikabbli għall-membri tal-persunal tal-BEI, kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kunċett ġuridiku ta’ invalidità. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità. |
|
5. |
Ir-rikorrent jikkunsidra wkoll li l-illegalitajiet esposti fir-rikors jikkostitwixxu nuqqasijiet imwettqa mill-konvenut. Ir-rikorrent jitlob konsegwentement kumpens għad-dannu morali li tikkawżalu d-deċiżjoni kkontestata. |