12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/58


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Moio vs EUIPO – Paul Hartmann (moio.care)

(Kawża T-276/21)

(2021/C 278/79)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Moio GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Grande García, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea moio.care – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 938 097

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1034/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tippreġudika lir-rikorrenti;

b’mod sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonstata probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni preċedenti Nru 16 395 055, “Molicare”;

b’mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonstata probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-prodotti koperti mill-applikazzjoni li jaqgħu fil-klasssi 5 kif ukoll tal-prodotti segwenti li jaqgħu fil-klassi 9: Tagħmir tal-ipproċessar tad-data; Tagħmir periferali għar-riproduzzjoni tad-data; Applikazzjoni tat-tagħmir ċellulari; Riċevituri tad-data ċellulari; Apparat mobbli għall-komunikazzjoni ta’ data; Settijiet ta’ trasmissjoni [telekomunikazzjoni]; Softwer sensorjali; Softwer tat-telekomunikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.