5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/30


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Établissement Amra vs EUIPO – eXpresio (Forma ta’ stvala tal-qbiż bl-elementi verbali “Aerower Jumper1 M”)

(Kawża T-264/21)

(2021/C 263/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Établissement Amra (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: M. Gomez Galvo, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: eXpresio, estudio creativo, SL (La Nucía, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ stvala tal-qbiż bl-elementi verbali “Aerower Jumper1 M”) – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 417 015

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1083/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.