28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Neolith Distribution vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali)

(Kawża T-259/21)

(2021/C 252/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Neolith Distribution, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 162 188.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2155/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tingħata deċiżjoni li tordna lill-EUIPO jaċċetta, għaliex konformi mal-liġi, ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 162 188 għall-prodotti kollha koperti minn din it-trade mark fil-klassi 19;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem l-EUIPO u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.