21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 242/55 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2021 – Dana Astra vs Il-Kunsill
(Kawża T-239/21)
(2021/C 242/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dana Astra IOOO (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Lester, G. Forwood, u M. Vangenechten, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 tal-25 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 sa fejn japplikaw għar-rikorrenti; |
— |
tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq allegat żball ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni għall-konstatazzjoni li Dana Holdings/Dana Astra qiegħda tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka jew tappoġġjah.