21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 242/52 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2021 – Saure vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/21)
(2021/C 242/73)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans-Wilhelm Saure (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Partsch, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess, kif mitlub mir-rikorrent, għad-dokumenti tal-Kummissjoni, numru tal-fajl Gestdem 2021/0550, billi tipproduċi kopji tal-komunikazzjoni kollha tal-Kummissjoni mal-kumpannija AstraZeneca plc jew mas-sussidjarji tagħha, mal-Kanċellerija Federali tal-Ġermanja jew mal-Ministeru Federali għas-Saħħa rigward il-kumpannija Astra Zeneca plc jew is-sussidjarji tagħha mill-1 ta’ April 2020 u b’mod partikolari fir-rigward tal-kwantità ta’ vaċċini Covid-19 offruti minn AstraZeneca plc u d-data tal-kunsinna tagħhom, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea inkwistjoni skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). Ir-rifjut tal-Kummissjoni jikser dik id-dispożizzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dritt ta’ aċċess tar-rikorrenti ma huwa prekluż minn ebda raġuni għal esklużjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda raġuni għal esklużjoni u l-ebda raġuni ma hija apparenti. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).