14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/41


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2021 – Retail Royalty vs EUIPO – Fashion Energy (Rappreżentazzjoni ta’ ajkla)

(Kawża T-226/21)

(2021/C 228/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fashion Energy Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ajkla) – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 066 113

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 2813/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

ksur tal-Artikoli 58(1)(a), 58(2) u 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 flimkien mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.