14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2021 – Vintae Luxury Wine Specialists vs EUIPO – R. Lopez de Heredia Viña Tondonia (LOPEZ DE HARO)

(Kawża T-210/21)

(2021/C 228/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Vintae Luxury Wine Specialists SLU (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: L. Broschat García u L. Polo Flores, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: R. Lopez de Heredia Viña Tondonia SA (Haro, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOPEZ DE HARO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 909 326

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1741/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 17 909 326, LÓPEZ DE HARO fil-klassi 33;

tikkundanna lil min jopponi dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.