7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/64


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2021 – Stryker vs EUIPO (RUGGED)

(Kawża T-204/21)

(2021/C 217/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stryker Corp. (Kalamazoo, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, I. Junkar u B. Worbes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark vebali li tindika l-Unjoni “RUGGED”

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 370/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) moqri flimkien mal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE)2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u nuqqas ta’ kompetenza billi qabeż il-limiti tal-poter tiegħu;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dikjarazzjoni żbaljata li l-provi prodotti fir-rigward tal-karattru distintiv miksub ma humiex suffiċjenti;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni tiegħu.