7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/58


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)

(Kawża T-196/21)

(2021/C 217/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lea Nature Services (Périgny, Franza) (rappreżentant: F. Drageon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SO…? – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 473 513

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1235/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż li ġarrbu matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.