7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/56


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Beta Sports (META)

(Kawża T-192/21)

(2021/C 217/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanta: T. González Martínez, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beta Sports LLC (Coconut Creek, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea META – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 973 308

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 1152/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 973 308 META fil-Klassi 5;

tikkundanna lill-konvenut, u jekk ikun il-każ lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.