21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/49


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2021 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO – Schuju (Хозяин)

(Kawża T-185/21)

(2021/C 242/70)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peter Schuju (Borchen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Хозяйка” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 344 529

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 2717/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad, bl-ispejjeż, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 42 860 C (Trade mark tal-Unjoni Nru 12 344 529).

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.