|
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/61 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 – Vetpharma Animal Health vs EUIPO – Deltavit (DELTATIC)
(Kawża T-146/21)
(2021/C 182/83)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Vetpharma Animal Health, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deltavit SAS (Janzé, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DELTATIC – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 806 241
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 776/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 47(2) b’rabta mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |