|
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/49 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2021 – Growth Finance Plus vs EUIPO (doglover)
(Kawża T-114/21)
(2021/C 128/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Growth Finance Plus AG (Gommiswald, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “doglover” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 107 487
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 720/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |