12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/48


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Numbi vs Il-Kunsill

(Kawża T-112/21)

(2021/C 128/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Numbi (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.