22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/33 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2021 – Rotondaro vs EUIPO – Pollini (COLLINI)
(Kawża T-69/21)
(2021/C 98/37)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carmine Rotondaro (Monaco, Monaco) (rappreżentant: M. Locatelli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pollini SpA (Gatteo, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea COLLINI – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 841 091
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2518/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u tiddikjara li t-trade mark COLLINI tista’ tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 18 u 25 kif indikati fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 841 091; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tad-direttivi adottati mid-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO fit-22 ta’ Settembru 2017 (deċiżjoni Nru EX-17-1); |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |