19.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2021 – enercity vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/21)

(2021/C 138/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: enercity AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schalast, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-17 ta’ Settembru 2019, Każ M.8870;

tgħaqqad din il-kawża mal-kawżi l-oħra relatati mal-istess deċiżjoni fil-Każ M.8870 għall-finijiet tad-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza fis-sens tal-Artikolu 68(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2019 li tiddikjara l-fużjoni ta’ E.ON u ta’ innogy bħala kompatibbli mas-suq intern, Każ M.8870 (ĠU 2020, C 379, p. 16), hija bbażata fuq motiv wieħed, li huwa essenzjalment identiku jew simili għal dak fil-Kawża T-63/21, Stadtwerke Frankfurt am Main vs Il-Kummissjoni.