19.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/39


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2021 – Naturstrom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/21)

(2021/C 138/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naturstrom AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-17 ta’ Settembru 2019 li tiddikjara l-fużjoni ta’ E.ON u ta’ innogy bħala kompatibbli mas-suq intern, Każ M.8870 (ĠU 2020, C 379, p. 16);

tordna lill-konvenuta tippreżenta l-fajls fir-rigward tal-Każijiet M.8870 u M.8871 li jikkonċernaw id-diskussjonijiet bejn il-konvenuta u l-partijiet suġġetti għall-fużjoni qabel u matul il-proċeduri ta’ fużjoni, in-notifika separata tal-partijiet individwali tat-tranżazzjoni, u l-bidla fl-opinjoni matul il-proċedura;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tal-avukat tar-rikorrenti u l-ispejjeż tal-ivjaġġar li rriżultaw matul il-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk fil-Kawża T-53/21, EVH vs Il-Kummissjoni.