12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/41


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2021 – PZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/21)

(2021/C 128/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2019 li jkopri l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2019, ikkomunikat lir-rikorrent fid-19 ta’ Frar 2020;

kif ukoll, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Ottubru 2020 (innotifikata lir-rikorrent fit-30 ta’ Ottubru 2020) li tiċħad l-ilment tas-26 ta’ Ġunju 2020 u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konvenuta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-konvenuta.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smiegħ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ indipendenza tal-persuna li tagħmel l-evalwazzjoni.