22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/28


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2021 – SFD vs EUIPO – Allmax Nutrition (ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION)

(Kawża T-35/21)

(2021/C 98/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SFD S.A. (Opole, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allmax Nutrition Inc. (North York, Ontario, il-Kanada)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 971 435

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 511/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

ticħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.