SENTENZA TAL‑QORTI ĠENERALI (Il‑Ħames Awla)
17 ta’ Lulju 2024 ( *1 )
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw ix-xiri ta’ vaċċini mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eżistenza ta’ riskju prevedibbli u mhux purament ipotetiku ta’ ħsara għall-interess invokat – Prinċipju ta’ proporzjonalità”
Fil-Kawża T‑761/21,
Fabien Courtois, residenti fi Rueil-Malmaison (Franza), u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu anness ( 1 ), irrappreżentati minn A. Durand u T. Saint-Martin, avukati,
rikorrenti,
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn C. Ehrbar, G. Gattinara u A. Spina, bħala aġenti,
konvenuta,
IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),
komposta minn J. Svenningsen, President, C. Mac Eochaidh (Relatur) u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin,
Reġistratriċi: H. Eriksson, Amministratriċi
wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura, b’mod partikolari:
|
– |
ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Diċembru 2021, |
|
– |
it-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa mill-Kummissjoni u ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑1 ta’ Marzu 2022, |
|
– |
in-nota ta’ adattament sottomessa fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ April 2022, |
|
– |
l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nota ta’ adattament sottomessi fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑29 ta’ April 2022, |
|
– |
id-digriet tas‑7 ta’ Lulju 2022 li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tgħaqqad l-eżami tat-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mal-eżami tal-mertu, |
|
– |
ir-replika u l-kontroreplika sottomessi fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, rispettivament, fit‑8 ta’ Ottubru u fil‑5 ta’ Diċembru 2022, |
|
– |
id-digriet tat‑2 ta’ Marzu 2023 li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali, bħala miżura istruttorja, ordnat lill-Kummissjoni tipproduċi ċerti dokumenti fl-intier tagħhom, |
wara s-seduta tat‑18 ta’ Ottubru 2023, li matulha r-rikorrenti rrinunzjaw għal waħda mill-motivi tagħhom, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Fabien Courtois u l-persuni fiżiċi l-oħra li isimhom jinsab anness, jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 1359 final, tat‑28 ta’ Frar 2022, adottata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), u li tagħtihom aċċess parzjali għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xiri ta’ vaċċini minn din l-istituzzjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID‑19, kif ukoll il-verżjoni Franċiża tal-imsemmija deċiżjoni, ikkomunikata fil‑31 ta’ Marzu 2022. |
I. Il‑fatti li wasslu għall‑kawża
|
2 |
Fl‑14 ta’ April 2020, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (UE) 2020/521 li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2016/369 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu filwaqt li jqis it-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU 2020, L 117, p. 3). Permezz ta’ dan ir-regolament, il-Kunsill attiva l-appoġġ ta’ emerġenza stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal‑15 ta’ Marzu 2016 dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni (ĠU 2016, L 70, p. 1), bħala waħda mill-miżuri li kellha tippermetti lill-Unjoni Ewropea kollha kemm hi taffaċċja l-kriżi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, fi spirtu ta’ solidarjetà fid-dawl tar-restrizzjonijiet marbuta mat-tifqigħa rapida tal-virus u peress li l-iskala u n-natura transnazzjonali ta’ din it-tifqigħa u tal-effetti tagħha kienu jeħtieġu azzjoni globali. |
|
3 |
Fis‑17 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat il-komunikazzjoni intitolata “Strateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19” (COM(2020) 245 final). Din l-istrateġija, li kellha l-għan li taċċellera l-iżvilupp, il-manifattura u l-iskjerament tal-vaċċini kontra l-COVID-19, kienet tistrieħ fuq żewġ pilastri. L-ewwel wieħed kien li tiġi żgurata produzzjoni suffiċjenti ta’ vaċċini fl-Unjoni u, b’hekk, ta’ provvista suffiċjenti għall-Istati Membri permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem konklużi ma’ produtturi tal-vaċċini permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, kif attivat mir-Regolament 2020/521. It-tieni wieħed kien l-adattament tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-emerġenza attwali u l-użu tal-flessibbiltà regolatorja eżistenti f’dak il-mument biex jiġu aċċellerati l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u d-disponibbiltà tal-vaċċini, filwaqt li jinżammu l-istandards ta’ kwalità, ta’ sikurezza u ta’ effikaċja applikabbli għall-vaċċini. |
|
4 |
F’din il-perspettiva, il-Kummissjoni kienet ippreċiżat li l-Istati Membri kellhom ikunu involuti fil-proċedura mill-bidu nett u li l-Istati Membri parteċipanti kollha kellhom ikunu rrappreżentati fi ħdan bord ta’ tmexxija (iktar ’il quddiem il-“Bord ta’ Tmexxija”), li jassisti lill-Kummissjoni fl-aspetti kollha tal-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem qabel ma jiġu ffirmati. Hija ppreċiżat ukoll li tim konġunt ta’ negozjar, kompost minnha stess u minn numru żgħir ta’ esperti tal-Istati Membri, kellu jkun inkarigat li jinnegozja l-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem (iktar ’il quddiem it-“tim konġunt ta’ negozjar”), b’dawn tal-aħħar jiġu konklużi f’isem l-Istati Membri parteċipanti kollha. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li hija kellha tkun responsabbli mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt f’isem l-Istati Membri u għall-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem konklużi. |
|
5 |
Skont il-Kummissjoni, il-qafas propost kellu jitqies bħala “polza ta’ assigurazzjoni”, li tikkonsisti fit-trasferiment ta’ parti mir-riskju li kien hemm fuq l-industrija farmaċewtika lejn l-awtoritajiet pubbliċi, u għal dan l-Istati Membri ngħataw garanzija li kellhom jibbenefikaw minn aċċess ġust u affordabbli għal vaċċin, fl-eventwalità li dan kellu jinstab. |
|
6 |
Permezz ta’ ittra tal‑24 ta’ Mejju 2021 indirizzata lill-President tal-Kummissjoni kif ukoll permezz ta’ ittra elettronika tal-istess jum indirizzata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, irreġistrata fil‑15 ta’ Ġunju 2021 bir-referenza GESTDEM 2021/3395, żewġ avukati talbu, “f’isem u għan-nom tal-ewwel 86000 firmatarju tal-pjattaforma ‘https://dejavu/legal/’” (iktar ’il quddiem il-“petizzjoni”), li lilhom kienu jirrappreżentaw u li fosthom kien hemm ir-rikorrenti, l-aċċess, bis-saħħa tar-Regolament Nru 1049/2001, għal ċertu numru ta’ dokumenti li jikkonċernaw ix-xiri, mill-Kummissjoni u f’isem l-Istati Membri tal-Unjoni, ta’ vaċċini fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (iktar ’il quddiem it-“talba inizjali”). L-ittra kien fiha wkoll talba għal informazzjoni. |
|
7 |
B’mod partikolari, it-talba inizjali kienet tirrigwarda l-ftehimiet ta’ xiri ffirmati mill-Kummissjoni mal-manifatturi ta’ vaċċini, l-identità tar-rappreżentanti tal-Unjoni li ħadu sehem fin-negozjati ma’ dawn il-manifatturi u d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi diretti jew indiretti bejn dawn ir-rappreżentanti u l-imsemmija manifatturi u kienet ifformulata bħala li tirreferi għad-dokumenti li ġejjin: “1. Il-ftehimiet kollha ffirmati mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-[Regolament 2020/521] u b’mod partikolari l-ftehimiet ma’: Pfizer-BioNTech; Moderna; Johnson & Johnson; AstraZeneca. Filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li:
2. Il-lista, id-deċiżjonijiet ta’ ħatra u l-identità sħiħa tar-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati tal-ftehimiet (l-isem, il-KUNJOM, il-kariga professjonali jew istituzzjonali). 3. Id-dikjarazzjonijiet ta’ interessi diretti jew indiretti bejn ir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea msemmija fil-punt 2 hawn fuq u l-produtturi, l-investituri, u l-finanzjaturi tal-vaċċini u ta’ prodotti mediċinali oħra.” |
|
8 |
Permezz ta’ ittra tat‑30 ta’ Lulju 2021, id-Direttriċi Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠ Santé”) wieġbet għat-talba inizjali u indikat li kienet identifikat 46 dokument li jikkorrispondu għall-imsemmija talba, jiġifieri erba’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u tliet ftehimiet ta’ xiri konklużi mill-Kummissjoni ma’ AstraZeneca, Pfizer-BioNTech, Janssen u Moderna, 17-il dokument imsejħa “Abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil” (draft term sheet) u 22 dikjarazzjoni ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi. Hija indikat li kien ingħata aċċess parzjali għall-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u għall-ftehimiet ta’ xiri msemmija iktar ’il fuq, li l-verżjonijiet tagħhom parzjalment redatti kienu ġew ippubblikati fuq waħda mill-paġni tal-internet tagħha. Is-siltiet ġew moħbija abbażi tal-eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi u mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet, previsti fl-Artikolu 4(1)(b), fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Dawn is-siltiet jinkludu informazzjoni kummerċjali sensittiva relatata, fost l-oħrajn, mal-impriżi, mas-sottokuntratturi tagħhom u mal-kumpanniji relatati, inkluża informazzjoni xjentifika dwar il-vaċċini, il-prezz, l-iskeda għall-iskjerament tal-vaċċini, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-għarfien espert u l-involviment ta’ esperti u ta’ msieħba, l-istrateġiji kummerċjali u informazzjoni oħra ta’ valur kummerċjali. Kien ingħata wkoll aċċess parzjali għad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi, li minnhom kopja waħda biss intbagħtet lir-rikorrenti, fejn dawn id-dokumenti kienu differenti biss fir-rigward tal-isem tal-firmatarju, tal-firma u tad-data tal-firma. L-informazzjoni ġiet moħbija abbażi tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni indikat li l-aċċess għas-17-il “abbozz ta’ memorandum ta’ qbil” kellu jiġi rrifjutat totalment abbażi tal-eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi u mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet, previsti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, u, għal sitta mill-imsemmija “abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil”, ukoll abbażi tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament. |
|
9 |
Fit‑13 ta’ Awwissu 2021, ir-rikorrenti ressqu, bis-saħħa tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, applikazzjoni konfermatorja intiża sabiex il-Kummissjoni tirrevedi l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tad-dokumenti kollha li l-aċċess għalihom kien ġie rrifjutat parzjalment jew totalment (iktar ’il quddiem l-“applikazzjoni konfermatorja”). |
|
10 |
Fl‑24 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni indikat lir-rikorrenti li hija kienet għadha ma kinitx f’pożizzjoni li twieġeb għall-applikazzjoni konfermatorja. F’din id-data, in-nuqqas ta’ tweġiba mogħtija għall-applikazzjoni konfermatorja ta lok għal deċiżjoni impliċita ta’ rifjut għall-imsemmija applikazzjoni (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni impliċita ta’ rifjut”), konformement mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
11 |
Fit‑28 ta’ Frar 2022 u wara konsultazzjoni mal-impriżi farmaċewtiċi kkonċernati konformement mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 (iktar ’il quddiem l-“impriżi kkonċernati”), il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2022) 1359 final, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni espliċita”), li ġiet innotifikata bl-Ingliż lir-rikorrenti fl‑1 ta’ Marzu 2022. Il-Kummissjoni indikat li d-deċiżjoni espliċita kienet ġiet innotifikata bl-Ingliż għal raġunijiet ta’ ħeffa u li traduzzjoni bil-Franċiż ta’ din id-deċiżjoni kienet ser tiġi kkomunikata fi żmien qasir lir-rikorrenti. |
|
12 |
Fid-deċiżjoni espliċita, il-Kummissjoni rrilevat li, waqt l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni konfermatorja, is-Segretarjat Ġenerali kien wettaq eżami mill-ġdid tat-tweġiba mogħtija għat-talba inizjali mid-DĠ Santé, u li, wara dan l-eżami mill-ġdid, il-lista tad-dokumenti li jikkorrispondu għat-talba għal aċċess għad-dokumenti kienet inbidlet u li n-numru tad-dokumenti elenkati kien ta’ 66. |
|
13 |
F’termini konkreti, din il-bidla ssarrfet fit-tħassir tas-17-il dokument kollha li qabel kienu ġew identifikati mid-DĠ Santé bħala “abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil”, li għalihom l-aċċess kien ġie rrifjutat totalment fit-tweġiba għat-talba inizjali (ara l-punt 8 iktar ’il fuq), u fiż-żieda ta’ dokumenti ġodda, li għalihom ingħata aċċess parzjali, inklużi ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem, ftehimiet ta’ xiri u 31 ittra ta’ korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Barra minn hekk, ingħata aċċess parzjali usa’ għall-erba’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u għat-tliet ftehimiet ta’ xiri li diġà kienu s-suġġett ta’ aċċess parzjali wara t-talba inizjali. |
|
14 |
Għalhekk, permezz tad-deċiżjoni espliċita, ingħata aċċess parzjali għall-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u għall-ftehimiet ta’ xiri li ġejjin (iktar ’il quddiem il-“ftehimiet inkwistjoni”):
|
|
15 |
Barra minn hekk, ingħata aċċess parzjali għad-dokumenti li ġejjin:
|
|
16 |
Fid-deċiżjoni espliċita, il-Kummissjoni indikat li l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu kienet tapplika għall-ftehimiet inkiwstjoni u għad-dokumenti l-oħrajn kollha elenkati fil-punti 14 u 15 iktar ’il fuq u li, fir-rigward tal-ftehimiet inkwistjoni, kienet tapplika wkoll l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi. |
|
17 |
Fil‑31 ta’ Marzu 2022, il-verżjoni Franċiża tad-deċiżjoni espliċita ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti. |
II. It‑talbiet tal‑partijiet
|
18 |
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
19 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
III. Id‑dritt
A. Fuq il‑locus standi tar‑rikorrenti
|
20 |
Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar in-nota ta’ adattament kif ukoll fil-kontroreplika, il-Kummissjoni esprimiet ċerti riżervi fir-rigward tal-locus standi tar-rikorrenti kollha. F’dan ir-rigward, hija sostniet li kien diffiċli li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk ir-rikorrenti kinux tabilħaqq kollha fost l-ewwel 86000 firmatarju tal-petizzjoni, li f’isimhom u għan-nom tagħhom kienet tressqet it-talba inizjali. |
|
21 |
Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura kkomunikata fis‑7 ta’ Lulju 2022, il-Qorti Ġenerali talbet lir-rikorrenti jipproduċu l-prova li tal-inqas wieħed minnhom kien jagħmel parti mill-grupp tas-86 000 firmatarju, li f’isimhom u għan-nom tagħhom kienet tressqet it-talba inizjali, u li r-rikorrenti kollha tabilħaqq kellhom il-locus standi. |
|
22 |
Bi tweġiba għal din il-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ir-rikorrenti pproduċew ir-rekord tal-firem elettroniċi tal-firmatarji, fejn hija indikata għal kull wieħed minnhom id-data li fiha ġiet ikkonfermata l-firma tal-petizzjoni. |
|
23 |
F’dan il-każ, mill-inqas wieħed mir-rikorrenti, jiġifieri F. Courtois, debitament ikkonferma l-iffirmar tal-petizzjoni f’data qabel ma tressqet it-talba inizjali, liema konferma saret fl‑24 ta’ Frar 2021. Għaldaqstant, F. Courtois għandu locus standi fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. |
|
24 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita sew, li hija bbażata fuq raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, fir-rigward tal-istess rikors uniku, meta wieħed mir-rikorrenti jkollu locus standi, ma hemmx lok li jiġi eżaminat il-locus standi tar-rikorrenti l-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ Settembru 2015, ClientEarth u International Chemical Secretariat vs ECHA, T‑245/11, EU:T:2015:675, punt 97 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
25 |
Minn dan isegwi li ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk kull wieħed mir-rikorrenti l-oħrajn, li isimhom jidher fir-rekord tal-firem tal-firmatarji, għandux locus standi. |
B. Fuq is‑suġġett tat‑tilwima
|
26 |
Id-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut, inizjalment imsemmija fit-talba għal annullament fil-kuntest tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti, ġiet issostitwita bid-deċiżjoni espliċita wara l-preżentata tar-rikors. Din is-sostituzzjoni wasslet lir-rikorrenti biex jadattaw it-talbiet inizjali tagħhom kif ukoll il-motivi insostenn ta’ dawn it-talbiet, skont l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
|
27 |
Wara l-adattament tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti talbu l-annullament tal-verżjoni Franċiża tad-deċiżjoni espliċita li ġiet ikkomunikata lilhom fil‑31 ta’ Marzu 2022. |
|
28 |
Il-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għall-adattament tat-talbiet u tal-motivi tar-rikorrenti, iżda ssostni li l-verżjoni Franċiża tad-deċiżjoni espliċita hija biss sempliċi traduzzjoni konfermattiva tal-att li jista’ jiġi kkontestat, b’dan tal-aħħar ikun id-deċiżjoni espliċita adottata fit‑28 ta’ Frar 2022 bl-Ingliż u kkomunikata fl‑1 ta’ Marzu 2022. |
|
29 |
Waqt is-seduta, il-Kummissjoni ppreċiżat li l-komunikazzjoni ulterjuri tal-verżjoni Franċiża tad-deċiżjoni espliċita, kif meħtieġ mill-Artikolu 41(4) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE u mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tas‑6 ta’ Ottubru 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat‑13 ta’ Mejju 2013 (ĠU 2013, L 158, p. 1), setgħet twassal biex jibda jiddekorri mill-ġdid it-terminu sabiex l-att jiġi kkontestat. Min-naħa tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment sostnew li talbu l-annullament tad-deċiżjoni espliċita fiż-żewġ verżjonijiet lingwistiċi tagħha sabiex jevitaw li jaqgħu f’“nassa proċedurali”. Huma enfasizzaw li kienu qegħdin ifittxu li jiksbu deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq il-mertu tar-rikors tagħhom, u mhux fuq il-kwistjoni tal-lingwa tad-deċiżjoni espliċita, u li ma kinux ippruvaw iġiegħlu t-terminu għas-sottomissjoni tan-nota ta’ adattament tagħhom jiddekorri mill-ġdid. |
|
30 |
F’dan ir-rigward, peress li deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess parzjali ġiet irtirata permezz ta’ deċiżjoni espliċita adottata sussegwentement, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan huwa dirett kontra l-imsemmija deċiżjoni impliċita (sentenza tat‑2 ta’ Lulju 2015, Typke vs Il‑Kummissjoni, T‑214/13, EU:T:2015:448, punt 36; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Ottubru 2014, Strack vs Il‑Kummissjoni, C‑127/13 P, EU:C:2014:2250, punti 88 u 89). Konsegwentement, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors fir-rigward tal-kap tat-talbiet, imsemmi fir-rikors u fir-replika, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut. |
|
31 |
Barra minn hekk, il-partijiet ma invokaw ebda diverġenza bejn il-verżjoni Franċiża u l-verżjoni Ingliża tad-deċiżjoni espliċita. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma kkonstatat l-eżistenza ta’ tali diverġenza, bl-eċċezzjoni tat-tielet punt introduttiv f’kull waħda minn dawn il-verżjonijiet lingwistiċi, li tispjega t-trażmissjoni tat-traduzzjoni Franċiża. Għalhekk teżisti biss deċiżjoni espliċita waħda, adottata f’żewġ verżjonijiet lingwistiċi. |
|
32 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, fir-realtà, it-tieni u t-tielet kapijiet tat-talbiet tar-rikorrenti għandhom l-istess għan, jiġifieri l-annullament tad-deċiżjoni espliċita (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). L-imsemmija kapijiet tat-talbiet għalhekk ser jiġu eżaminati flimkien. |
C. Fuq il‑mertu
|
33 |
Sabiex tittratta l-motivi mqajma mir-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ digriet tat‑2 ta’ Marzu 2023, ordnat lill-Kummissjoni tipproduċi b’mod sħiħ, minn naħa, il-ftehimiet inkwistjoni li għalihom, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, hija kienet irrifjutat parzjalment l-aċċess u, min-naħa l-oħra, is-17-il dokument identifikati mid-DĠ Santé bħala “abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil” li l-aċċess għalihom kien ġie rrifjutat totalment bi tweġiba għat-talba inizjali u li, fid-deċiżjoni kkontestata, tneħħew mil-lista tad-dokumenti identifikati bħala li jikkorrispondu għat-talba ta’ aċċess għad-dokumenti, filwaqt li ppreċiżat li, konformement mal-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura, dawn id-dokumenti ma kinux ser jiġu kkomunikati lir-rikorrenti. Il-Kummissjoni kkonformat ruħha ma’ dawn it-talbiet fit-termini mogħtija. Il-produzzjoni ta’ dawn id-dokumenti ppermettiet lill-Qorti Ġenerali teżamina l-motivi tar-rikors b’għarfien sħiħ. |
|
34 |
Insostenn tar-rikors tagħhom, kif adattat, ir-rikorrenti jqajmu, essenzjalment, erba’ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq in-natura inkompleta tal-lista tad-dokumenti identifikati bħala li jidħlu fil-kamp tat-talba għal aċċess għad-dokumenti, it-tieni, fuq l-inapplikabbiltà taż-żewġ eċċezzjonijiet invokati mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika r-rifjut parzjali ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba, it-tielet, fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba u, ir-raba’, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
1. Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat fuq in‑natura inkompleta tal‑lista tad‑dokumenti identifikati bħala li jidħlu fil‑kamp tat‑talba għal aċċess għad‑dokumenti
|
35 |
L-argument żviluppat mir-rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel motiv jinqasam f’żewġ partijiet. |
|
36 |
Permezz tal-ewwel parti, ir-rikorrenti jikkritikaw lill-Kummissjoni talli, fid-deċiżjoni kkontestata, neħħiet mil-lista tad-dokumenti identifikati bħala li jidħlu fil-kamp tat-talba għal aċċess għad-dokumenti s-17-il dokument identifikati bħala “abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil” li kienu ssemmew mid-DĠ Santé bi tweġiba għat-talba inizjali. |
|
37 |
Permezz tat-tieni parti, ir-rikorrenti jsostnu li, billi kkomunikat biss mudelli ta’ atti jew verżjonijiet bl-informazzjoni essenzjali redatta tad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni ma osservatx il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti, interpretat b’mod żbaljat l-eċċezzjonijiet li għalihom tista’ tirrifjuta talba għal aċċess għal dokumenti u ma pprovdietx spjegazzjonijiet dwar kif l-aċċess għal dawn id-dokumenti seta’ jippreġudika l-interessi allegatament protetti. |
|
38 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. |
|
39 |
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, kif ġie espost fil-punti 8, 12 u 13 iktar ’il fuq, mill-proċess jirriżulta li, bi tweġiba għat-talba inizjali, id-DĠ Santé kien identifika 46 dokument li jikkorrispondu għall-imsemmija talba, fosthom 17-il dokument identifikati bħala “abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil” li l-aċċess għalihom ġie rrifjutat. Wara l-applikazzjoni konfermatorja, il-lista ta’ dokumenti li jikkorrispondu għat-talba inizjali żdiedet għal 66 dokument, iżda s-17-il dokument imsemmija iktar ’il fuq ġew irtirati peress li l-Kummissjoni qieset li dawn kienu ġew inklużi bi żball. Fil-fehma tagħha, dawn ma kinux jidħlu fil-kamp tat-talba inizjali, peress li kellhom jiġu kkunsidrati, essenzjalment, bħala dokumenti preparatorji. |
|
40 |
F’dan il-każ, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti talbu aċċess biss għal “ftehimiet iffirmati” mill-Kummissjoni (ara l-punt 7 iktar ’il fuq), b’tali mod li t-talba tagħhom għal aċċess ma tistax tinftiehem bħala li tirreferi wkoll għad-dokumenti preparatorji għall-iffirmar tal-imsemmija ftehimiet, identifikati fid-deċiżjoni kkontestata taħt it-titolu “Abbozzi ta’ memorandum ta’ qbil”, li jirreferu għal sempliċi abbozzi jew għal dokumenti provviżorji intiżi għat-tfassil ta’ stipulazzjonijiet kuntrattwali li jridu jiġu miftiehma sussegwentement bejn il-partijiet. |
|
41 |
Din l-evalwazzjoni ma tistax titqiegħed inkunsiderazzjoni mill-preċiżazzjoni magħmula fil-punt 1(a) tat-talba għal aċċess għad-dokumenti, li tgħid li “‘ftehim’ tfisser kull ittra ta’ intenzjoni, ordni sempliċi, memorandum of understanding, kuntratt, ftehim, ftehim addizzjonali, wegħda unilaterali jew sinallagmatika”. Fil-fatt, l-imsemmija kunċetti kollha jirreferu għal dokumenti li kienu s-suġġett ta’ manifestazzjoni ta’ rieda legali vinkolanti u li neċessarjament jirriflettu impenn sod u irrevokabbli. B’ebda mod ma jista’ xi wieħed minn dawn il-kunċetti jiġi assimilat ma’ dokument preparatorju, bħalma huma sempliċi abbozzi jew dokumenti provviżorji intiżi għat-tfassil ta’ stipulazzjonijiet kuntrattwali li sussegwentement iridu jkunu s-suġġett ta’ negozjati u ta’ ftehim definittiv bejn il-partijiet. |
|
42 |
Għalhekk, l-interpretazzjoni tal-portata tat-talba għal aċċess għad-dokumenti adottata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ivvizzjata minn żball ta’ evalwazzjoni. |
|
43 |
Barra minn hekk, skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Nru 1049/2001, il-proċedura ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tiżvolġi f’żewġ stadji. Għalhekk, it-tweġiba għal talba inizjali fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 tikkostitwixxi biss l-ewwel teħid ta’ pożizzjoni, li tista’ tiġi eżaminata mill-ġdid wara t-tressiq ta’ applikazzjoni konfermatorja konformement mal-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑2 ta’ Ottubru 2014, Strack vs Il‑Kummissjoni, C‑127/13 P, EU:C:2014:2250, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑11 ta’ Diċembru 2018, Arca Capital Bohemia vs Il‑Kummissjoni, T‑440/17, EU:T:2018:898, punti 17 sa 19). |
|
44 |
Minn dan isegwi li, fl-istadju tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni setgħet, ġustament, tirtira s-17-il dokument inkwistjoni mil-lista tad-dokumenti identifikati li jidħlu fil-kamp tat-talba għal aċċess għad-dokumenti. Fil-fatt, ebda wieħed mill-imsemmija dokumenti ma jikkorrispondi għal “ftehim iffirmat” mill-Kummissjoni. |
|
45 |
Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda. |
|
46 |
Sa fejn ir-rikorrenti jikkontestaw, permezz tal-allegazzjonijiet ġenerali u astratti li jinsabu fit-tieni parti tal-ewwel motiv, ir-rifjut parzjali jew totali ta’ aċċess għal ċerti dokumenti jew partijiet ta’ dokumenti, fosthom dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi u tal-ftehimiet inkwistjoni, l-imsemmija allegazzjonijiet jikkoinċidu mat-tieni u mat-tielet motivi tar-rikors. Għalhekk qiegħed isir riferiment għall-punti 47 sa 214 iktar ’il quddiem. |
2. Fuq it‑tieni motiv, ibbażat fuq l‑inapplikabbiltà taż‑żewġ eċċezzjonijiet invokati mill‑Kummissjoni sabiex tiġġustifika r‑rifjut ta’ aċċess għad‑dokumenti mitluba
|
47 |
Insostenn tat-tieni motiv, li jinqasam f’żewġ partijiet, ir-rikorrenti jsostnu li ż-żewġ eċċezzjonijiet invokati mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba, jiġifieri l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu u l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi, kienu inapplikabbli f’dan il-każ. |
a) Fuq l‑ewwel parti tat‑tieni motiv, ibbażata fuq l‑inapplikabbiltà tal‑eċċezzjoni dwar il‑protezzjoni tal‑ħajja privata u tal‑integrità tal-individwu (l‑Artikolu 4(1)(b) tar‑Regolament Nru 1049/2001)
|
48 |
Fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tieni motiv, li tikkonċerna r-rifjut parzjali ta’ aċċess għad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma wrietx kif l-iżvelar tal-identità tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar kien jippreġudika b’mod konkret il-ħajja privata jew l-integrità ta’ dawn il-membri. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni, billi aġixxiet fuq sempliċi preżunzjoni u mingħajr ma bbilanċjat l-interessi preżenti, invertiet l-oneru tal-prova. |
|
49 |
Ir-rikorrenti jsostnu li l-ħtieġa li tintbagħat id-data mitluba, li tinsab fid-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi li għalihom ingħata aċċess parzjali, tirriżulta mill-ħtieġa li jiġi vverifikat l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi tal-persuni li nnegozjaw il-ftehimiet kif ukoll mid-dritt u mill-ħtieġa miżjuda ta’ informazzjoni u ta’ trasparenza taċ-ċittadini, b’mod partikolari fir-rigward tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar, li kellhom mandat pubbliku jew tal-inqas missjoni ta’ servizz pubbliku. |
|
50 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. |
|
51 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-kunsiderazzjonijiet imqajma mir-rikorrenti fl-applikazzjoni konfermatorja ma humiex biżżejjed sabiex jintwera li t-trażmissjoni tad-data personali inkwistjoni kienet neċessarja f’dan il-każ. Hija żżid li, wara l-iżvelar tal-verżjonijiet anonimizzati tad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi, ir-rikorrenti kienu f’pożizzjoni li jivverifikaw li l-uffiċjali pubbliċi kkonċernati kienu jissodisfaw l-obbligi marbuta ma’ kull proċedura applikabbli għall-kuntratti pubbliċi tal-Unjoni. Hija ssostni wkoll li ma kien hemm ebda inverżjoni tal-oneru tal-prova, iżda li, peress li jeżistu, bħal f’dan il-każ, raġunijiet sabiex wieħed jemmen li l-iżvelar inkwistjoni jista’ jippreġudika l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data, ma hemmx lok li tiġi kkomunikata data bħal dik mitluba, b’mod partikolari fir-rigward ta’ uffiċjali pubbliċi li ma għandhomx setgħa deċiżjonali fi ħdan l-istituzzjoni tagħhom jew funzjoni ġerarkika għolja. Barra minn hekk, hija tosserva li r-rikorrenti invokaw argumenti ġodda fl-istadju tan-nota ta’ adattament intiżi sabiex tiġi stabbilita n-neċessità ta’ trażmissjoni ta’ data personali li hija ma kinitx f’pożizzjoni li teżamina fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
52 |
Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 15(3) TFUE, kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni suġġett għall-prinċipji u l-kundizzjonijiet kif stabbiliti konformement mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż, kif jindikaw il-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, sabiex jagħti lill-pubbliku d-dritt ta’ aċċess l-iktar wiesa’ possibbli għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet (sentenzi tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob, C‑404/10 P, EU:C:2012:393, punt 111, u tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding, C‑477/10 P, EU:C:2012:394, punt 53; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2013, LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, EU:C:2013:738, punt 40). |
|
53 |
Il-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti xorta waħda huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat. Fil-fatt, ir-Regolament Nru 1049/2001, b’mod partikolari fil-premessa 11 u fl-Artikolu 4 tiegħu, jipprevedi sistema ta’ eċċezzjonijiet li jimponu lill-istituzzjonijiet u lill-organi ma jiżvelawx dokumenti jekk l-imsemmi żvelar ikun ser jikkawża preġudizzju għal wieħed minn dawn l-interessi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob, C‑404/10 P, EU:C:2012:393, punt 111; tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding, C‑477/10 P, EU:C:2012:394, punt 53, u tal‑14 ta’ Novembru 2013, LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, EU:C:2013:738, punt 40). |
|
54 |
Peress li l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, dawn għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Lulju 2011, L-Isvezja vs MyTravel u Il‑Kummissjoni, C‑506/08 P, EU:C:2011:496, punt 75, u tat‑3 ta’ Lulju 2014, Il‑Kunsill vs in’t Veld, C‑350/12 P, EU:C:2014:2039, punt 48). |
|
55 |
Skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument jekk l-iżvelar tiegħu ikun ser jippreġudika l-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, b’mod partikolari konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. |
|
56 |
Skont il-ġurisprudenza, minn dan jirriżulta li, meta talba tkun intiża li tikseb l-aċċess għal data personali, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39), id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament isiru applikabbli bis-sħiħ (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C‑615/13 P, EU:C:2015:489, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
57 |
Għalhekk, id-data personali tista’ tiġi trażmessa lil terz abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 biss meta din it-trażmissjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(1)(a) jew (b) tar-Regolament 2018/1725 u tikkostitwixxi pproċessar legali skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 ta’ dan l-istess regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑2 ta’ Ottubru 2014, Strack vs Il‑Kummissjoni, C‑127/13 P, EU:C:2014:2250, punt 104). |
|
58 |
F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament 2018/1725, id-data personali għandha tiġi trażmessa lil riċevituri stabbiliti fl-Unjoni minbarra l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni biss jekk ir-riċevitur jistabbilixxi li huwa neċessarju li din id-data tiġi trażmessa għal fini speċifiku fl-interess pubbliku u l-kontrollur, meta jkun hemm kwalunkwe raġuni biex wieħed jassumi li l-interessi leġittimi tas-suġġett tat-data jistgħu jiġu ppreġudikati, jistabbilixxi li huwa proporzjonat li tiġi trażmessa d-data personali għal dak il-fini speċifiku, wara li jkun qies, b’mod li jista’ jiġi vverifikat, id-diversi interessi li jkunu f’kunflitt. |
|
59 |
Għaldaqstant, mill-kliem stess tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament 2018/1725, jirriżulta li dan jissuġġetta t-trażmissjoni ta’ data personali għall-issodisfar ta’ diversi kundizzjonijiet kumulattivi. |
|
60 |
Qabelxejn huwa min jagħmel it-talba għal aċċess li għandu juri n-neċessità tat-trażmissjoni ta’ data personali għal għan speċifiku ta’ interess pubbliku. Sabiex tiġi ssodisfatta din il-kundizzjoni, għandu jintwera li t-trażmissjoni ta’ data personali hija l-iktar miżura xierqa fost il-miżuri l-oħrajn possibbli biex jintlaħaq l-għan imfittex mill-applikant u li hija proporzjonata ma’ dan l-għan, li jirrikjedi li l-applikant jippreżenta ġustifikazzjonijiet espressi u leġittimi (ara s-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2018, Chambre de commerce et d’ industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il‑Kummissjoni, T‑39/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:560, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan jirriżulta li l-implimentazzjoni tal-kundizzjoni li tintwera n-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali għal għan speċifiku fl-interess pubbliku twassal sabiex tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta’ eċċezzjoni għar-regola stabbilita mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 li skontha r-rikorrent ma huwiex obbligat li jiġġustifika t-talba tiegħu għal aċċess (sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il‑Parlament, T‑115/13, EU:T:2015:497, punt 55). |
|
61 |
Huwa biss jekk din in-neċessità tintwera li mbagħad l-istituzzjoni kkonċernata jkollha tivverifika jekk teżistix xi raġuni li tindika li t-trasferiment inkwistjoni jista’ jippreġudika l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data u, f’dak il-każ, li tibbilanċja, b’mod verifikabbli, id-diversi interessi kontra xulxin bil-ħsieb li tiġi evalwata l-proporzjonalità tat-trażmissjoni tad-data personali mitluba (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C‑615/13 P, EU:C:2015:489, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
62 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li din il-parti għandha tiġi analizzata. |
|
63 |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rikorrenti ma kienu stabbilixxew ebda neċessità ta’ interess pubbliku partikolari li jiġġustifika t-trażmissjoni tad-data personali, b’mod partikolari “fid-dawl tal-iżvelar tal-verżjoni anonima tad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi”. Hija żiedet tgħid li jeżistu raġunijiet sabiex wieħed jemmen li l-iżvelar tad-data personali tippreġudika l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data, peress li jeżisti riskju reali u mhux ipotetiku li l-iżvelar jippreġudika l-ħajja privata tagħhom u tesponihom għal kuntatti esterni mhux mixtieqa, fid-dawl tan-natura sensittiva tas-suġġett. |
|
64 |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, konformement mal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-aċċess għad-data personali ma setax jingħata. |
|
65 |
Għaldaqstant, qabelxejn jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk ir-rikorrenti wrewx in-neċessità tat-trasferiment tad-data personali li tikkonċerna l-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar. |
|
66 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ammess li l-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess semmiet biss il-fatt li l-“persunal, uffiċjali, mandatarji jew oħrajn” tal-Unjoni li nnegozjaw il-ftehimiet inkwistjoni kienu ġew “fdati b’kompitu ta’ interess pubbliku”, ħaġa li huma ma setgħux jinjoraw fid-dawl tal-kopertura tas-suġġett fil-mezzi tax-xandir u li t-trasparenza tirriżulta minn kwistjoni ta’ interess pubbliku fir-rigward tan-natura eċċezzjonali tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ urġenza u tal-konklużjoni tal-ftehimiet inkwistjoni. Għalhekk, din it-talba setgħet turi b’mod iktar espliċitu li r-rikorrenti kellhom l-għan li jivverifikaw l-imparzjalità tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar. |
|
67 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess irriproduċiet it-termini tat-talba inizjali. Barra minn hekk, fit-talba inizjali, ir-rikorrenti għamlu mistoqsijiet lill-Kummissjoni sabiex ikunu jafu “[m]in [kienu] l-persuni mqabbdin mill-Kummissjoni […] sabiex jinnegozjaw mal-manifatturi tal-vaċċini” u “[x]’[kienu] r-rabtiet ta’ interessi diretti jew indiretti bejn il-manifatturi tal-vaċċini, l-investituri jew [il-]finanzjarji marbuta mal-partijiet”. |
|
68 |
Konsegwentement, meta r-rikorrenti talbu li tiġi trażmessa lilhom informazzjoni dwar l-identità ta’ dawn il-membri u dwar ir-rabtiet possibbli tagħhom mal-manifatturi tal-vaċċini, il-Kummissjoni kienet f’pożizzjoni li tifhem li dawk li talbu aċċess kienu qegħdin isegwu l-għan imfakkar fil-punt 66 iktar ’il fuq, jiġifieri li jivverifikaw l-imparzjalità tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar. |
|
69 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti tabilħaqq ressqu argumenti intiżi li juru n-neċessità tat-trasferiment tad-data personali. Għaldaqstant, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti tal-Kummissjoni bbażati fuq il-fatt li r-rikorrenti invokaw tali għan speċifiku ta’ interess pubbliku biss għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
70 |
Issa, mill-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li t-trasparenza tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħataw iktar leġittimità, effikaċja u responsabbiltà fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni f’sistema demokratika (ara s-sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2020 PTC Therapeutics International vs EMA, C‑175/18 P, EU:C:2020:23, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, skont il-premessa 28 tar-Regolament 2018/1725, għan speċifiku fl-interess pubbliku fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tal-imsemmi regolament jista’ jkollu x’jaqsam mat-trasparenza tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni. |
|
71 |
F’dan il-kuntest, it-trasparenza tal-proċess segwit mill-Kummissjoni matul in-negozjati mal-manifatturi tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u l-konklużjoni tal-ftehimiet inkwistjoni f’isem l-Istati Membri tista’, fil-fatt, tikkostitwixxi għan speċifiku fl-interess pubbliku fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament 2018/1725, sa fejn huwa probabbli li din tikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istrateġija ta’ tilqim promossa minn din l-istituzzjoni u, konsegwentement, b’mod partikolari biex jiġi miġġieled it-tixrid ta’ informazzjoni falza fir-rigward tal-kundizzjonijiet tan-negozjar u l-konklużjoni tal-imsemmija ftehimiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑7 ta’ Settembru 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni, T‑448/21, mhux ippubblikata, EU:T:2022:525, punt 45, u tas‑7 ta’ Settembru 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni, T‑651/21, mhux ippubblikata, EU:T:2022:526, punt 46), b’mod partikolari billi tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jiżguraw li ma kien hemm ebda kunflitt ta’ interessi bejn il-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar u l-imsemmija manifatturi tal-vaċċini. |
|
72 |
Barra minn hekk, in-natura ġenerali tal-ġustifikazzjoni għat-trasferiment tad-data personali ma tinċidix direttament fuq il-punt dwar jekk it-trasferiment huwiex neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mill-persuna li tressaq it-talba (sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il‑Parlament, T‑115/13, EU:T:2015:497, punt 61). |
|
73 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li r-rikorrenti indikaw b’mod suffiċjenti l-għan speċifiku ta’ interess pubbliku mfittex minnhom kif ukoll in-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali inkwistjoni. Fil-fatt, huwa biss li kieku kellhom il-kunjomijiet, l-ismijiet u l-karigi professjonali jew istituzzjonali tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar li r-rikorrenti kienu jkunu jistgħu jivverifikaw li l-imsemmija membri ma kinux f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi. |
|
74 |
Sussegwentement, fir-rigward tar-riskju ta’ preġudizzju għall-ħajja privata tas-suġġetti tad-data, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni sostniet li l-iżvelar tal-identità tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar seta’ jippreġudika l-ħajja privata tas-suġġetti tad-data, billi tesponihom għal kuntatti esterni mhux mixtieqa fid-dawl b’mod partikolari tan-natura sensittiva tas-suġġett ittrattat. |
|
75 |
F’dan ir-rigward, għandha tiġi rrilevata kontradizzjoni fl-argumenti mressqa mir-rikorrenti sabiex tiġi titqiegħed inkwistjoni din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, minn naħa, huma jsostnu li, minħabba l-kompitu tagħhom ta’ interess pubbliku, l-iżvelar tal-identità tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar ma jwassal għal ebda riskju ta’ kuntatti esterni mhux mixtieqa. Min-naħa l-oħra, huma jaffermaw li, minħabba n-natura stess tad-dmirijiet tagħhom, l-imsemmija membri jesponu ruħhom għal talbiet esterni mhux mixtieqa. |
|
76 |
Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq in-natura tal-kompitu eżerċitat mill-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar sabiex tqis li kienu jkunu esposti għal kuntatti esterni mhux mixtieqa, iżda fuq l-involviment tagħhom fis-suġġett ittrattat, jiġifieri l-konklużjoni ta’ ftehimiet għall-produzzjoni u x-xiri ta’ vaċċini kontra l-COVID-19. |
|
77 |
Issa, ir-rikorrenti ma jikkontestawx il-kuntest partikolari li fih kellhom jaħdmu l-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar, jiġifieri żmien ikkaratterizzat minn domanda kbira għal vaċċini kontra l-COVID-19 u, fl-istess ħin, minn nuqqas ta’ fiduċja ta’ wħud miċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istrateġija ta’ tilqim promossa mill-Kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-espożizzjoni tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar għal kuntatti esterni mhux mixtieqa wara l-iżvelar tal-identità tagħhom ma kienx sempliċement ipotetiku. |
|
78 |
Il-fatt imressaq mir-rikorrenti li huma ma talbux li tiġi żvelata informazzjoni dwar l-indirizz tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar jew informazzjoni li taqa’ taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament 2018/1725 ma jistax iqiegħed inkwistjoni din il-konklużjoni peress li l-iżvelar tal-identità ta’ persuna jagħmilha possibbli li jsiru riċerki dwarha u għalhekk li tinstab tali informazzjoni. |
|
79 |
Peress li r-rikorrenti wrew in-neċessità tat-trasferiment tad-data personali u peress li l-Kummissjoni ġustament ikkunsidrat li kien jeżisti riskju ta’ preġudizzju għall-ħajja privata tas-suġġetti tad-data, kienet il-Kummissjoni li kellha tibbilanċja l-interessi inkwistjoni. |
|
80 |
F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni, minn naħa, ir-rwol tekniku fil-proċess tal-akkwist li qdew il-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar u, min-naħa l-oħra, iċ-ċirkustanza li r-rikorrenti kellhom aċċess għal informazzjoni permezz tal-iżvelar parzjali tas-suġġett diskuss fid-dokumenti kuntrattwali u tal-iżvelar tal-verżjoni anonima tad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi u ta’ rispett tal-kunfidenzjalità. |
|
81 |
Madankollu, meta għamlet dan, minn naħa, il-Kummissjoni ma spjegatx kif il-fatt li r-rwol tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar kien biss tekniku għandu jipprevalixxi fuq l-għan li r-rikorrenti kienu stabbilixxew għalihom innifishom, jiġifieri li jivverifikaw l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi min-naħa tal-imsemmija membri. |
|
82 |
F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni kkontestata ma turix b’mod espliċitu l-kunsiderazzjonijiet supplimentari invokati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors li jirrigwardaw, essenzjalment, l-ibbilanċjar tad-diversi interessi li jikkompetu ma’ xulxin u, b’mod partikolari, il-pożizzjoni eventwali tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar f’ġerarkija (ara l-punt 51 iktar ’il fuq). |
|
83 |
Min-naħa l-oħra, huwa minnu li r-rikorrenti kienu jafu, b’mod partikolari, bil-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi ffirmata mill-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar. |
|
84 |
Madankollu, fl-assenza ta’ żvelar tal-identità tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar, l-għan speċifiku ta’ interess pubbliku mfittex mir-rikorrenti, li jikkonsisti f’li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jiżguraw ruħhom dwar l-assenza ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi bejn il-membri ta’ dan it-tim u l-manifatturi tal-vaċċini, ma jistax jintlaħaq. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li l-membri kollha tat-tim konġunt ta’ negozjar iffirmaw dikjarazzjoni ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi ma jippermettix liċ-ċittadini jiżguraw ruħhom, huma stess, li dawn il-membri wettqu l-kompitu tagħhom b’indipendenza totali. |
|
85 |
Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li qieset il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti wrew in-neċessità li jiksbu aċċess għall-isem u għall-kunjom tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar sabiex jintlaħaq għan speċifiku ta’ interess pubbliku u, għaldaqstant, li l-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament 2018/1725 sabiex tiġi awtorizzata t-trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni hija ssodisfatta f’dan il-każ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti d-diversi ċirkustanzi ta’ dan il-każ sabiex tibbilanċja b’mod korrett l-interessi inkwistjoni. |
|
86 |
Min-naħa l-oħra, l-iżvelar tad-data meta dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi ġew iffirmati kif ukoll tal-firma bil-miktub bl-idejn tal-membri tat-tim konġunt ma jidhirx li huwa neċessarju sabiex tiġi vverifikata l-imparzjalità tagħhom. |
|
87 |
L-argumenti tal-Kummissjoni ma jinvalidawx din il-konklużjoni. |
|
88 |
L-ewwel nett, b’differenza minn din il-kawża, ir-rikorrenti fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas‑6 ta’ April 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni (T‑506/21, mhux ippubblikata, EU:T:2022:225) ma kinitx iġġustifikat it-talba tagħha għal aċċess bin-neċessità li tiżgura ruħha dwar l-assenza ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi bejn il-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar, li minnhom uħud kienu jagħmlu parti mill-Bord ta’ Tmexxija, u l-manifatturi tal-vaċċini. Għaldaqstant, l-argumenti li l-Kummissjoni tislet minn din is-sentenza għandhom jiġu miċħuda. |
|
89 |
It-tieni, il-Kummissjoni ma tistax tikkritika b’mod utli lir-rikorrenti li ma stabbilixxew ebda element konkret li jista’ jixħet dubju fuq l-indipendenza tal-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar. |
|
90 |
Ċertament, il-Kummissjoni tosserva ġustament li, fis-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA (C‑615/13 P, EU:C:2015:489), kien biss wara li kkonstatat li l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti kienu ssostanzjati minn elementi konkreti li juru r-rabtiet li kellhom ċertu numru ta’ esperti magħżula mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) mal-industrija, rabtiet li kienu preċiżament fl-oriġini tal-akkużi ta’ preġudizzju magħmula kontra din l-awtorità u l-esperti tagħha, li l-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-deċiżjoni tal-EFSA li tirrifjuta l-aċċess għal isem l-esperti li ssottomettew osservazzjonijiet individwali fil-kuntest tat-tfassil ta’ abbozz ta’ linji gwida. |
|
91 |
Madankollu, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, ir-rikorrenti kienu ġew informati b’isem l-esperti kkonċernati u kienu ngħataw aċċess għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C‑615/13 P, EU:C:2015:489, punt 58). Issa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti ma humiex konxji tal-identità tal-esperti maħtura mill-Istati Membri rrappreżentati fit-tim konġunt ta’ negozjar, b’tali mod li huma ma kinux f’pożizzjoni li jipproduċu indizji li jistgħu jixħtu dubju fuq l-imparzjalità tagħhom. |
|
92 |
Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-ewwel parti tat-tieni motiv għandha tintlaqa’. |
b) Fuq it‑tieni parti tat‑tieni motiv, ibbażata fuq l‑inapplikabbiltà tal‑eċċezzjoni dwar il‑protezzjoni tal‑interessi kummerċjali tal‑impriżi (l‑ewwel inċiż tal‑Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001)
|
93 |
Permezz tat-tieni parti tat-tieni motiv dwar il-ftehimiet inkwistjoni, ir-rikorrenti jsostnu li l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ impriża ma tipprekludix l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni moħbija abbażi ta’ din l-eċċezzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ elementi legali u xjentifiċi kkostitwiti mid-dispożizzjonijiet dwar il-proprjetajiet tal-vaċċini, id-dispożizzjonijiet dwar il-metodi ta’ kontroll tal-kwalità tal-prodotti, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens u d-dispożizzjonijiet dwar is-sottokuntratturi. |
|
94 |
Ir-rikorrenti għalhekk jikkritikaw lill-Kummissjoni li bbażat ruħha b’mod żbaljat, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq diversi argumenti, jiġifieri n-natura sensittiva tal-informazzjoni, il-biża’ minn effetti negattivi marbuta mal-iżvelar tad-data, il-biża’ minn azzjonijiet ġudizzjarji, ir-riskju li jingħata vantaġġ kompetittiv lil ċerti manifatturi ta’ vaċċini jew saħansitra preġudizzju għar-reputazzjoni tal-manifatturi tal-vaċċini li kkonkludew il-ftehimiet inkwistjoni mal-Kummissjoni fost il-konsumaturi u s-sieħba kummerċjali, sabiex topponi l-iżvelar tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 93 iktar ’il fuq u, b’mod partikolari, dawk relatati mal-kumpens. |
|
95 |
Il-Kummissjoni tqis li dawn l-allegazzjonijiet ma jqiegħdux inkwistjoni l-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata. |
|
96 |
Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari, inkluż fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, jekk ma jkunx hemm interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tad-dokument ikkonċernat. |
|
97 |
F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li sempliċi preġudizzju għall-interessi msemmija jista’ jiġġustifika l-applikazzjoni, jekk ikun il-każ, ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet li huma elenkati fih, mingħajr ma dan l-indħil ikollu jilħaq livell ta’ gravità partikolari (sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2020, PTC Therapeutics International vs EMA, C‑175/18 P, EU:C:2020:23, punt 90). |
|
98 |
Mill-ġurisprudenza, minbarra dik diġà mfakkra fil-punti 52 sa 54 iktar ’il fuq, jirriżulta li s-sistema ta’ eċċezzjonijiet prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, u b’mod partikolari fil-paragrafu 2 tiegħu, hija bbażata fuq ibbilanċjar tal-interessi opposti f’sitwazzjoni partikolari, jiġifieri, minn naħa, l-interessi li huma ffavoriti mill-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati u, min-naħa l-oħra, dawk li huma mhedda minn dan l-iżvelar. Id-deċiżjoni meħuda dwar talba għal aċċess għal dokumenti tiddependi mill-kwistjoni dwar liema huwa l-interess li għandu jipprevalixxi fil-każ inkwistjoni (sentenzi tal‑14 ta’ Novembru 2013, LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, EU:C:2013:738, punt 42, u tat‑23 ta’ Settembru 2015, ClientEarth u International Chemical Secretariat vs ECHA, T‑245/11, EU:T:2015:675, punt 168). |
|
99 |
Fir-rigward tal-kunċett ta’ interessi kummerċjali, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1049/2001 jiddefinixxi dan il-kunċett, biss sa fejn jispeċifika li dawn l-interessi jistgħu jkopru l-proprjetà intellettwali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li tiegħu jkun intalab l-iżvelar, ma huwiex biżżejjed, bħala prinċipju, li dan id-dokument jaqa’ taħt attività kummerċjali, iżda hija l-istituzzjoni kkonċernata li għandha tipprovdi spjegazzjonijiet dwar kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interessi kummerċjali u li għandha turi li dan ir-riskju ta’ preġudizzju huwa raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑3 ta’ Lulju 2014, Il‑Kunsill vs in’t Veld, C‑350/12 P, EU:C:2014:2039, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑27 ta’ Frar 2018, CEE Bankwatch Network vs Il‑Kummissjoni, T‑307/16, EU:T:2018:97, punti 103 sa 105 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
100 |
Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ kumpannija u r-relazzjonijiet tan-negozju tagħha ma tistax titqies li taqa’ taħt il-protezzjoni li għandha tiġi ggarantita għall-interessi kummerċjali konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 mingħajr ma tiġi mfixkla l-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali li jikkonsisti fl-għoti tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli lill-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet (ara s-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2014, MasterCard et vs Il‑Kummissjoni, T‑516/11, mhux ippubblikata, EU:T:2014:759, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, din il-protezzjoni tista’ tkopri informazzjoni kummerċjali sensittiva, bħal informazzjoni relatata mal-istrateġiji kummerċjali tal-impriżi, l-ammonti tal-bejgħ tagħhom, l-ishma mis-suq tagħhom jew ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding, C‑477/10 P, EU:C:2012:394, punti 54 sa 56, u tad‑9 ta’ Settembru 2014, MasterCard et vs Il‑Kummissjoni, T‑516/11, mhux ippubblikata, EU:T:2014:759, punti 82 u 83). |
|
101 |
Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001, l-obbligu għall-istituzzjoni li timmotiva d-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta l-aċċess għal dokument għandu l-għan, minn naħa, li l-persuna kkonċernata tingħata indikazzjoni suffiċjenti sabiex tkun taf jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew jekk hijiex, possibbilment, ivvizzjata b’difett li jippermetti li tiġi kkontestata l-validità tagħha u, min-naħa l-oħra, li l-qorti tal-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni. Il-portata ta’ dan l-obbligu tiddependi min-natura tal-att inkwistjoni u mill-kuntest li fih ikun ġie adottat (ara s-sentenza tas‑6 ta’ Frar 2020, Compañía de Tranvías de la Coruña vs Il‑Kummissjoni, T‑485/18, EU:T:2020:35, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
102 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li din il-parti għandha tiġi analizzata. |
|
103 |
F’dan il-kuntest, sa fejn ir-rikorrenti jsostnu li l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ma setgħetx tiġi applikata minħabba l-kuntest li fih kienu ġew konklużi l-ftehimiet inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tirrileva li l-impriżi kkonċernati, li huma kollha kumpanniji farmaċewtiċi privati, jeżerċitaw attivitajiet kummerċjali li fil-kuntest tagħhom huma suġġetti għall-kompetizzjoni fis-suq intern u fis-swieq internazzjonali u dan il-kuntest iwassalhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom fl-imsemmija swieq. |
|
104 |
Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li filwaqt li impriża pubblika jista’ jkollha interessi kummerċjali li jistgħu jiġu protetti bl-istess mod bħal dawk ta’ impriża privata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Frar 2018, CEE Bankwatch Network vs Il‑Kummissjoni, T‑307/16, EU:T:2018:97, punt 108), l-istess għandu japplika a fortiori għal impriża privata, anki jekk din tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ kompiti ta’ interess pubbliku (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2018, Falcon Technologies International vs Il‑Kummissjoni, T‑875/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:877, punt 49). |
|
105 |
Għalhekk, is-sempliċi fatt li l-impriżi kkonċernati, permezz ta’ ħlasijiet bil-quddiem jew ħlasijiet minn fondi pubbliċi, ipparteċipaw fit-twettiq ta’ kompiti ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ vaċċini kontra l-COVID-19, ma huwiex ta’ natura li, bħala tali, jitqies li l-interessi kummerċjali tagħhom ma jistgħux jiġu protetti. |
|
106 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tirrileva li l-ftehimiet inkwistjoni huma ftehimiet ta’ ċerta importanza, li jistgħu jinkludu informazzjoni kunfidenzjali sensittiva relatata mal-impriżi kkonċernati u mar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 100 iktar ’il fuq. |
|
107 |
Minn dan isegwi li l-kuntest li fih ġew konklużi l-ftehimiet inkwistjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
1) Fuq ir‑rifjut parzjali ta’ aċċess għad‑dispożizzjonijiet dwar il‑proprjetajiet tal‑vaċċini u l‑kontroll tal‑kwalità
|
108 |
Permezz tal-ewwel ilment, ir-rikorrenti jikkontestaw, essenzjalment, in-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-fondatezza tagħha sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut parzjali ta’ aċċess għad-dispożizzjonijiet dwar il-proprjetajiet tal-vaċċini u l-kontroll tal-kwalità, abbażi tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
109 |
F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jenfasizzaw il-fatt li d-dokument 13 ġie redatt mill-Anness V fir-rigward tal-proprjetajiet tal-vaċċini u li d-dokumenti 4 u 6 ġew redatti mid-dispożizzjoni I.6.13, intitolata “Testijiet u verifiki tal-kwalità” (quality test and checks), fir-rigward tal-kontroll tal-kwalità. |
|
110 |
Ir-rikorrenti jaffermaw li d-dispożizzjonijiet dwar il-proprjetajiet tal-vaċċini u l-metodi ta’ kontroll tal-kwalità ġew moħbija mingħajr ma kien hemm ebda interess kummerċjali li seta’ jiġġustifika dan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma wrietx kif l-iżvelar tal-metodi ta’ kontroll tal-kwalità tal-vaċċini kien ser ikollu l-effett li jippreġudika l-kapaċità industrijali tal-impriżi kkonċernati. L-iżvelar tal-imsemmija dispożizzjonijiet jippermetti li jiġu pprovduti l-garanziji meħtieġa tal-kwalità tal-vaċċini u li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni. Skont ir-rikorrenti, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali jew kompetittivi tal-imsemmija impriżi ma tistax tipprevalixxi fuq id-dritt għall-ħajja. |
|
111 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. |
i) Fuq il‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata
|
112 |
Fil-punt 2.2.2 tad-deċiżjoni kkontestata, iddedikat għar-riskji relatati mal-organizzazzjoni u mal-kapaċità industrijali tal-impriżi kkonċernati, il-Kummissjoni indikat li ċerti siltiet moħbija fihom elementi li ma humiex pubbliċi u li huma direttament marbuta mal-għarfien (know-how) fir-rigward tal-produzzjoni tal-vaċċin. Kieku d-dettalji dwar il-prodott u t-teknoloġija żviluppata mill-impriżi kkonċernati kellhom jiġu żvelati, dawn ikunu jistgħu jiġu sfruttati mill-kompetituri tagħhom u, b’mod partikolari, minn dawk li jużaw l-istess teknoloġija sabiex jiddisinjaw il-prodotti tagħhom stess, b’tali mod li jġibu fix-xejn l-isforzi industrijali tagħhom, jippreġudikaw il-pożizzjoni tagħhom fis-suq u jikkompromettu l-eżekuzzjoni stess tal-ftehimiet inkwistjoni. |
|
113 |
Bħala eżempji konkreti ta’ dispożizzjonijiet li jaqgħu f’din il-kategorija, il-Kummissjoni għamlet riferiment għal ċerti partijiet tad-definizzjoni ta’ “prodott” (product) fid-dokument 7 u d-definizzjoni ta’ “vaċċin” (vaccine) jew “vaċċin adattat” (adapted vaccine) fid-dokument 5. Hija enfasizzat ukoll l-informazzjoni li tinsab fl-annessi għall-ftehimiet inkwistjoni relatata mal-“kundizzjonijiet ta’ manifattura tal-vaċċini” (specification of the product), fosthom l-Anness IV tad-dokument 7. Fl-aħħar nett, hija indikat id-dispożizzjonijiet relatati mal-proċess ta’ kunsinna meta jkun possibbli li minnhom jiġu estrapolati d-dettalji tekniċi dwar il-proċess tal-produzzjoni. F’dan il-kuntest, hija semmiet, bħala eżempji, dispożizzjoni dwar il-ħażna, it-trasport u l-aċċettazzjoni tal-prodott fid-dokument 4 u dokument anness mal-imsemmi dokument li jirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tal-kunsinna u l-katina ta’ tkessiħ, kif ukoll it-tieni parti kollha tad-dokument 6. |
|
114 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreċiżat li, waqt l-evalwazzjoni tal-applikabbiltà tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali għall-informazzjoni moħbija, kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi, b’mod partikolari s-sitwazzjoni partikolari ta’ kull impriża kkonċernata, il-karatteristiċi tagħha, ir-relazzjonijiet tagħha ma’ atturi kummerċjali oħra u l-istrateġiji tas-suq u korporattivi tagħha u l-użu li l-kompetituri tagħha jistgħu jagħmlu mill-informazzjoni żvelata. |
|
115 |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet, flimkien ma’ eżempji konkreti, mingħajr ma żvelat il-kontenut tal-informazzjoni moħbija b’tali mod li ċċaħħad l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali mill-għan essenzjali tagħha, fir-rigward tan-natura tad-dispożizzjonijiet moħbija li jirrigwardaw l-għarfien tal-impriżi kkonċernati u l-kundizzjonijiet ta’ manifattura tal-vaċċini. L-imsemmija spjegazzjonijiet ikopru d-dispożizzjonijiet dwar il-“proprjetajiet” tal-vaċċini u l-“kontroll tal-kwalità” sa fejn dan tal-aħħar jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ manifattura tal-vaċċini, imsemmija mir-rikorrenti. |
|
116 |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet iddettaljati dwar kif l-iżvelar tagħhom seta’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interessi kummerċjali tal-imsemmija impriżi. |
|
117 |
Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni hija obbligata tesponi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni f’dan il-każ ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess previsti mir-Regolament Nru 1049/2001, hija ma hijiex obbligata tipprovdi informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex il-persuna li titlob l-aċċess tifhem ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tagħha u għall-istħarriġ, mill-Qorti Ġenerali, tal-legalità ta’ din tal-aħħar (sentenza tat‑30 ta’ Jannar 2008, Terezakis vs Il‑Kummissjoni, T‑380/04, mhux ippubblikata, EU:T:2008:19, punt 119). |
|
118 |
Issa, il-Qorti Ġenerali tirrileva li huwa biss fl-istadju tan-nota ta’ adattament li d-dispożizzjonijiet dwar il-proprjetajiet tal-vaċċini, b’mod partikolari fid-dokument 13, u d-dispożizzjoni intitolata “Testijiet u verifiki ta’ kwalità”, fid-dokumenti 4 u 6, issemmew mir-rikorrenti. |
|
119 |
Minn dan isegwi li l-motivi tad-deċiżjoni kkontestata jippermettu lir-rikorrenti jifhmu r-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni taħbi, fil-ftehimiet inkwistjoni, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva u li ma taqax taħt id-dominju pubbliku, b’rabta mal-għarfien tal-impriżi kkonċernati u mal-kundizzjonijiet tal-manifattura tal-vaċċini, fosthom il-proprjetajiet tal-vaċċini, u lill-qorti tal-Unjoni teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tal-imsemmi ħabi, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 101 u 117 iktar ’il fuq. |
|
120 |
Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward għandu jiġi miċħud. |
ii) Fuq il‑fondatezza tal‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata
|
121 |
Fir-rigward tal-fondatezza tal-motivi fid-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi ġġustifikat il-ħabi parzjali tal-informazzjoni kontenzjuża, għandu jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni pprovdietx spjegazzjonijiet plawżibbli dwar kif l-aċċess għall-informazzjoni moħbija jista’ jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u jekk l-allegat preġudizzju jistax jitqies bħala raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2020, Bronckers vs Il‑Kummissjoni, T‑166/19, EU:T:2020:557, punt 58). |
|
122 |
Konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 97 u 99 iktar’ il fuq, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tistabbilixxi l-eżistenza ta’ riskju ċert ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati. |
|
123 |
Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi elementi tanġibbli li jippermettu li jiġi konkluż li r-riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati kien, fid-data tal-adozzjoni tagħha, raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku u juri l-eżistenza, f’tali data, ta’ raġunijiet oġġettivi li jippermettu li jiġi raġonevolment previst li tali preġudizzju jseħħ fil-każ ta’ żvelar tal-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2011, Toland vs Il‑Parlament, T‑471/08, EU:T:2011:252, punti 78 u 79). |
|
124 |
F’dan il-każ, kif indikat fil-punt 112 iktar ’il fuq, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess sħiħ għal dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-għarfien tal-impriżi kkonċernati, sabiex ma tirriskjax li tiżvela elementi kummerċjalment sensittivi li jistgħu jiġu sfruttati mill-kompetituri tagħhom, fi żmien ikkaratterizzat minn domanda kbira għall-vaċċini kontra l-COVID-19 u f’kuntest kompetittiv ħafna. |
|
125 |
Wara li kkonsultat il-verżjoni sħiħa tad-dokument 13, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Anness V tiegħu huwa intitolat “Profil tal-prodott previst” (target product profile) u tistabbilixxi l-linji ġenerali tal-karatteristiċi ta’ vaċċin li għadu qiegħed jiġi żviluppat. Barra minn hekk, mid-dominju pubbliku tirrileva li l-vaċċin żviluppat minn din l-impriża kiseb l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tagħha biss wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Ulterjorment, mit-tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali magħmula lill-Kummissjoni jirriżulta li l-kunsinni abbażi ta’ dan l-istess ftehim ta’ xiri bil-quddiem bdew biss fit-tielet trimestru tal‑2022, jiġifieri wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
126 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tikkonstata, kif tindika l-Kummissjoni, li d-dispożizzjoni I.6.13, intitolata “Testijiet u verifiki tal-kwalità”, moħbija fid-dokumenti 4, 5 u 6, ma tikkonċernax l-obbligi regolatorji tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-kwalità ta’ prodott mediċinali, iżda impenn kuntrattwali li jirrigwarda l-organizzazzjoni interna ta’ dan il-manifattur b’rabta mal-kundizzjonijiet ta’ manifattura tal-vaċċin. Fi kwalunkwe każ, mid-dispożizzjoni I.6.5 ta’ dawn l-istess dokumenti, li għaliha l-Kummissjoni tat l-aċċess, jirriżulta li l-impriża kkonċernata hija obbligata tosserva l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti tagħha. |
|
127 |
Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ġustament qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-iżvelar sħiħ ta’ dispożizzjonijiet relatati mal-għarfien tal-impriżi kkonċernati jista’ jipprovdi lill-kompetituri tal-imsemmija impriżi informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-prodotti u t-teknoloġiji tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni, T‑524/21, EU:T:2022:632, punti 99 sa 102). |
|
128 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-eżistenza ta’ riskju raġonevolment prevedibbli u mhux ipotetiku ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati b’rabta mal-iżvelar ta’ dispożizzjonijiet relatati mal-għarfien tal-imsemmija impriżi u, b’mod partikolari, tal-Anness V tad-dokument 13 u tad-dispożizzjoni I.6.13 tad-dokumenti 4, 5 u 6, huma fondati. |
|
129 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel ilment tat-tieni parti tat-tieni motiv għandu jiġi miċħud. |
2) Fuq ir‑rifjut parzjali ta’ aċċess għad‑dispożizzjonijiet relatati mal‑kumpens
|
130 |
Permezz tat-tieni lment, ir-rikorrenti jikkontestaw, essenzjalment, in-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-fondatezza tagħha sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut parzjali ta’ aċċess għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens, abbażi tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
131 |
L-ewwel nett, ir-rikorrenti jikkontestaw il-kunsiderazzjonijiet invokati fid-deċiżjoni kkontestata li l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens jista’ jagħti lok għal diversi azzjonijiet legali abbużivi u mhux iġġustifikati. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma ipotetiċi u spekulattivi u dan jintwera permezz tal-użu, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-kundizzjonal bħala temp grammatikali. |
|
132 |
It-tieni, ir-rikorrenti jsostnu li l-ipoteżi li l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni jiżvela lill-kompetituri tal-impriża kkonċernata l-“punti dgħajfa” tal-kopertura tar-responsabbiltà tagħha u jipprovdi vantaġġ kompetittiv lill-imsemmija kompetituri ma ntwerietx u ma tistax tipprevali fuq id-dritt għall-ħajja u għall-kumpens għad-danni kkawżati minn vaċċini possibbilment difettużi. |
|
133 |
It-tielet, ir-rikorrenti jikkontestaw li l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni għandu impatt fuq ir-reputazzjoni ġenerali tal-impriżi kkonċernati. L-elementi mressqa mill-Kummissjoni huma ipotetiċi. Ir-reputazzjoni tal-impriżi kkonċernati hija ppreġudikata mill-“imputazzjoni ta’ natura mhux kumpensabbli” għad-danni li jirriżultaw minn prodotti difettużi u min-nuqqas ta’ żvelar tal-imsemmija dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, id-dokumenti mitluba iktar jikkonċernaw elementi legali u xjentifiċi milli informazzjoni ta’ interess kummerċjali. |
|
134 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. |
|
135 |
Il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għandhom l-istess importanza ekonomika u finanzjarja bħal kull element ieħor ta’ spiża għall-impriża kkonċernata u kienu s-suġġett ta’ negozjati individwali. |
|
136 |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni jżid in-numru ta’ rikorsi għad-danni kontra l-impriża kkonċernata, peress li dan jista’ jinkoraġġixxi l-preżentata ta’ rikors għad-danni u jagħti lill-parti li tippreżenta r-rikors iktar argumenti li fuqhom tipprova tistabbilixxi n-natura difettuża tal-vaċċin. Hija tenfasizza li, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, l-interess kummerċjali protett ma jikkonsistix f’li l-impriżi kkonċernati jiġu eżentati mir-responsabbiltà tagħhom. |
|
137 |
It-tieni, il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tispjega, suffiċjentement skont il-liġi, ir-raġunijiet li għalihom l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni jkollu riperkussjonijiet kummerċjali negattivi għall-impriżi kkonċernati, b’mod partikolari billi jagħti vantaġġ kompetittiv lill-kompetituri u billi jiżvela l-firxa tar-riskju finanzjarju aċċettat minnhom fil-kuntest tal-ftehimiet inkwistjoni. |
|
138 |
It-tielet, il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti li l-elementi legali jew xjentifiċi ma jippreżentawx interess kummerċjali. F’dan il-kuntest, hija tenfasizza li l-kundizzjonijiet tal-impenji finanzjarji previsti fil-ftehimiet inkwistjoni jew id-data xjentifika jista’ jkollhom sensittività kummerċjali. |
i) Fuq il‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata
|
139 |
F’dan il-każ, fil-punt 2.2.1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li l-informazzjoni moħbija taħt l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kienet tinkludi elementi sensittivi fuq il-livell kummerċjali relatati, b’mod partikolari, mar-responsabbiltà u mal-kumpens. Hija esponiet li l-iżvelar sħiħ ta’ tali informazzjoni jista’ jiżvela, lill-kompetituri tal-impriża kkonċernata, il-benefiċċju preċiż li jirriżulta min-negozjar għall-imsemmija impriża. |
|
140 |
Sussegwentement, fil-punt 2.2.4, qabelxejn, il-Kummissjoni indirizzat, essenzjalment, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-impriżi kkonċernati fir-rigward ta’ terzi, b’mod partikolari għal effetti mhux mixtieqa li jirriżultaw mill-użu tal-vaċċin, u d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens eventwali, jiġifieri r-rimbors, mill-Istati Membri tal-impriżi kkonċernati, fil-każ li dawn tal-aħħar jiġu kkundannati jħallsu danni lil terzi fid-dawl tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom. Sussegwentement, hija indirizzat diversi aspetti tar-responsabbiltà kuntrattwali tal-impriżi kkonċernati. |
|
141 |
B’hekk, il-Kummissjoni ppreċiżat li l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni kien jirriskja li jippreġudika l-interessi kummerċjali tal-imsemmija impriżi minn tliet aspetti. |
|
142 |
L-ewwel nett, għarfien preċiż tal-limiti tar-responsabbiltà tal-impriża kkonċernata jippermetti aġir strateġiku fir-rigward tagħha, sa fejn din tista’ tiġi kkonfrontata bil-konsegwenzi ekonomiċi ta’ diversi azzjonijiet legali, imressqa b’mod abbużiv u mhux iġġustifikat, unikament bl-għan li jingħata kumpens marbut mal-użu tal-vaċċin tagħha. It-tieni, l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kumpens lill-impriżi kkonċernati mill-Istati Membri, b’mod partikolari dawk li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet eżatti li fihom huwa eskluż il-kumpens mill-Istat Membru, jagħti inevitabbilment lill-kompetituri tal-impriża kkonċernata, inklużi dawk li ma jipproduċux vaċċini, il-“punti dgħajfa” tal-kopertura tar-responsabbiltà tagħha u jipprovdilhom vantaġġ kompetittiv li jistgħu jisfruttaw. It-tielet, għarfien preċiż tal-limiti tar-responsabbiltà tal-impriża kkonċernata jkollu wkoll impatt fuq ir-reputazzjoni ġenerali tagħha fost il-konsumaturi u l-imsieħba kummerċjali potenzjali tagħha. Skont il-Kummissjoni, dawn il-motivi jispjegaw ir-raġunijiet li għalihom ċerti siltiet dwar id-deroga mid-dispożizzjonijiet relatata mal-kumpens, jiġifieri l-kundizzjonijiet li fihom impriża kkonċernata partikolari ma tiġix ikkumpensata, ma jistgħux jiġu żvelati. F’dan il-kuntest, hija għamlet riferiment, bħala eżempju, għas-siltiet moħbija fid-dispożizzjoni I.12 tad-dokument 4. |
|
143 |
Sussegwentement, il-Kummissjoni indikat li ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-responsabbiltà kuntrattwali għandhom dimensjoni kummerċjali evalwata u nnegozjata mal-impriża kkonċernata, li l-iżvelar tagħha jagħti lill-kompetituri ta’ din tal-aħħar informazzjoni dwar il-kapaċità tagħha u l-istrateġija interna tagħha, b’mod partikolari sa fejn din l-informazzjoni tkun ta’ natura li tippermetti li jkunu magħrufa bi preċiżjoni l-ispejjeż li ksur tal-ftehim jista’ jinvolvi għal din l-impriża. Il-Kummissjoni llustrat il-kummenti tagħha b’eżempji ta’ dispożizzjonijiet preċiżi. |
|
144 |
Il-Kummissjoni ppreċiżat li l-informazzjoni moħbija kienet sensittiva fuq il-livell kummerċjali. Minn naħa, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tippermetti li jkunu magħrufa bi preċiżjoni l-ispejjeż li ksur tal-ftehim jista’ jikkawża għall-impriżi kkonċernati. Min-naħa l-oħra, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-impriżi kkonċernati, peress li dan jagħti lill-kompetituri ta’ din tal-aħħar idea realistika ħafna tal-benefiċċji reali miksuba skont il-ftehim inkwistjoni, filwaqt li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, dawn l-istess impriżi kienu qegħdin jinnegozjaw ftehimiet għall-kunsinna ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 ma’ xerrejja minn pajjiżi terzi, fejn il-kompetizzjoni f’dan ir-rigward kienet qiegħda sseħħ f’suq dinji. Il-Kummissjoni ppreċiżat ukoll li dan il-kunflitt potenzjali mal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati jkun iktar u iktar ta’ preġudizzju peress li l-eżekuzzjoni ta’ ċerti ftehimiet kienet ser tibda, kif fil-fatt seħħ, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari, tad-dokumenti 5 u 6. |
|
145 |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni enfasizzat li, f’dan il-kuntest, is-suq dinji li fih l-impriżi kkonċernati kienu jwettqu l-attivitajiet tagħhom kellu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-effetti tal-iżvelar tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni skont ir-Regolament Nru 1049/2001. Hija indikat li, waqt l-evalwazzjoni tal-applikabbiltà tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi, b’mod partikolari s-sitwazzjoni partikolari ta’ kull manifattur tal-vaċċini fis-suq, il-karatteristiċi tiegħu, ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ atturi kummerċjali oħra, l-istrateġiji tas-suq u korporattivi tiegħu u l-użu li l-kompetituri tiegħu jistgħu jagħmlu mill-informazzjoni żvelata. Minn dan hija kkonkludiet li l-iżvelar sħiħ tal-ftehimiet konklużi mal-impriżi kkonċernati kien jikkostitwixxi preġudizzju għall-interessi kummerċjali ta’ dawn tal-aħħar, essenzjalment billi jikkomprometti l-kompetittività tagħhom fis-swieq dinjija. |
|
146 |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet fir-rigward tan-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni inkluża fid-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens. Bl-istess mod, il-Kummissjoni spjegat, suffiċjentement kif meħtieġ mid-dritt, kif, fil-fehma tagħha, l-iżvelar sħiħ tal-imsemmija dispożizzjonijiet jista’ jippreġudika konkretament u effettivament l-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati, kemm bejniethom kif ukoll ma’ terzi li jkunu f’kompetizzjoni magħhom. |
|
147 |
Minn dan isegwi li l-motivi tad-deċiżjoni kkontestata jippermettu lir-rikorrenti jifhmu r-raġunijiet speċifiċi li wasslu lill-Kummissjoni taħbi, parzjalment, fil-ftehimiet inkwistjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-impriżi kkonċernati, kemm kuntrattwali kif ukoll mhux kuntrattwali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens eventwali mill-Istati Membri għal kwalunkwe obbligu mġarrab mill-impriżi kkonċernati fil-każ ta’ tqegħid inkwistjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom, u lill-qorti tal-Unjoni teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tal-imsemmi ħabi, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 101 u 117 iktar ’il fuq. |
|
148 |
Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward għandu jiġi miċħud. |
ii) Fuq il‑fondatezza tal‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata
|
149 |
Fir-rigward tal-fondatezza tal-motivi mressqa mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l-ħabi parzjali tad-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà u mal-kumpens, għandu jiġi ddeterminat jekk, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 97, 99, 121 u 123 iktar ’il fuq, hija pprovdietx spjegazzjonijiet plawżibbli dwar il-fatt li l-aċċess għall-informazzjoni moħbija jista’ jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u fir-rigward tal-fatt li l-allegat preġudizzju jista’ jitqies bħala raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku. |
– Fuq id‑dispożizzjonijiet dwar ir‑responsabbiltà kuntrattwali
|
150 |
F’dan il-każ, kif indikat fil-punti 143 sa 145 iktar ’il fuq, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess sħiħ għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-impriżi kkonċernati sabiex ma tirriskjax li tiżvela informazzjoni allegatament kummerċjalment sensittiva dwar ir-riskji identifikati dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni u l-limiti finanzjarji aċċettati fir-rigward tal-imsemmija riskji mill-imsemmija impriżi, fi żmien ikkaratterizzat minn domanda qawwija għall-vaċċini kontra l-COVID‑19 u li matulu kienu għaddejjin jew, tal-inqas, kien hemm intenzjoni li jsiru, negozjati ma’ xerrejja minn pajjiżi terzi. |
|
151 |
Wara li kkonsultat il-verżjonijiet sħaħ tal-ftehimiet inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li d-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-impriżi kkonċernati fil-każ ta’ ksur, ta’ terminazzjoni jew ta’ sospensjoni tal-imsemmija ftehimiet, b’mod partikolari b’rabta mad-dewmien fil-kunsinna jew man-nuqqas ta’ kunsinni, huma differenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti la jikkontestaw il-kuntest ta’ domanda kbira għall-vaċċini kontra l-COVID-19 u lanqas il-fatt li kienu għaddejjin jew tal-inqas, kien hemm intenzjoni li jsiru, negozjati ma’ xerrejja minn pajjiżi terzi. |
|
152 |
Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ġustament ikkunsidrat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-iżvelar sħiħ tal-imsemmija dispożizzjonijiet jista’ tipprovdi lill-kompetituri tal-impriżi kkonċernati kif ukoll lil xerrejja terzi informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar elementi ta’ spejjeż, dwar il-kapaċitajiet tagħhom u l-istrateġiji interni tagħhom u dwar il-limiti finanzjarji aċċettati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni, T‑524/21, EU:T:2022:632, punti 99 sa 102). |
|
153 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-eżistenza ta’ riskju raġonevolment prevedibbli u mhux ipotetiku ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati f’dak li jirrigwarda l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-imsemmija impriżi huma fondati. |
– Fuq id‑dispożizzjonijiet dwar il‑kumpens
|
154 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal‑25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257), il-produttur huwa responsabbli għad-dannu kkawżat minn difett fil-prodott tiegħu u r-responsabbiltà tiegħu ma tistax tiġi limitata jew eskluża fir-rigward tal-vittma permezz ta’ klawżola limitattiva jew eżoneratorja dwar ir-responsabbiltà. Għalhekk, kif ġie rrikonoxxut mill-Kummissjoni waqt is-seduta, fl-assenza ta’ emenda tad-Direttiva 85/374, la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma kellhom id-dritt li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva. |
|
155 |
Barra minn hekk, ebda dispożizzjoni tad-Direttiva 85/374 ma tipprojbixxi li terz, f’dan il-każ Stat Membru, jirrimborsa d-danni li produttur ikun ħallas minħabba n-natura difettuża tal-prodott tiegħu. |
|
156 |
Għandu jingħad ukoll li l-Qorti Ġenerali tinnota li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Ftehim tas‑16 ta’ Ġunju 2020 bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar ix-xiri ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 ġie ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni fis‑7 ta’ Settembru 2020 u żvelat bis-sħiħ bħala anness għall-ftehimiet inkwistjoni, bl-eċċezzjoni tad-dokument 1. Din id-dispożizzjoni tipprevedi mekkaniżmu għall-kumpens lill-impriżi kkonċernati mill-Istati Membri għall-ispejjeż ekonomiċi, jiġifieri d-danni possibbli, li normalment jitħallsu mill-imsemmija impriżi bħala parti mir-responsabbiltà tagħhom għall-vaċċini tagħhom. Bl-istess mod, il-Komunikazzjoni COM(2020) 245 final, imsemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq, tiddikjara li dan il-mekkaniżmu kellu jitqies bħala “polza ta’ assigurazzjoni”, li tikkonsisti fit-trasferiment ta’ parti mir-riskju ekonomiku li kien hemm għall-industrija farmaċewtika lejn l-awtoritajiet pubbliċi, u għal dan l-Istati Membri ngħataw garanzija li kellhom jibbenefikaw minn aċċess ġust u affordabbli għal vaċċin, fl-eventwalità li dan jinstab. |
|
157 |
Minn dak li ntqal iktar ’il fuq, jirriżulta li, minn naħa, il-mekkaniżmu ta’ kumpens tal-impriżi kkonċernati mill-Istati Membri b’ebda mod ma jaffettwa s-sistema tar-responsabbiltà legali tal-imsemmija impriżi skont id-Direttiva 85/374 u, min-naħa l-oħra, li din l-informazzjoni kienet diġà taqa’ fid-dominju pubbliku fil-mument tat-tressiq tat-talba inizjali għal aċċess u tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
158 |
Wara li kkonsultat il-verżjonijiet sħaħ tal-ftehimiet inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li, għalkemm il-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u l-ftehimiet ta’ xiri kollha jinkludu dispożizzjoni dwar il-kumpens, bħalma kien previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim tas‑16 ta’ Ġunju 2020 bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar ix-xiri ta’ vaċċini kontra l-COVID-19, il-kontenut iddettaljat tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma huwiex identiku. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali tirrileva l-eżistenza ta’ differenzi f’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom ġie miftiehem li l-kumpens mill-Istat Membru ma huwiex applikabbli, peress li l-parti l-kbira tal-imsemmija sitwazzjonijiet jibqgħu madankollu globalment simili fil-ftehimiet inkwistjoni, it-tieni, il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis jew ratione materiae tal-kumpens eventwali u, it-tielet nett, il-modalitajiet ta’ ġestjoni tad-difiża ta’ eventwali rikorsi għad-danni u ta’ implimentazzjoni ta’ eventwali kumpens. |
|
159 |
Wara li saru dawn il-preċiżazzjonijiet, għad irid jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni rrifjutatx ġustament l-iżvelar usa’, jew saħansitra sħiħ, tad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens. |
|
160 |
F’dan ir-rigward, ma jistax jintlaqa’ l-ewwel motiv invokat fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li għarfien preċiż tal-limiti tar-responsabbiltà tal-impriża kkonċernata jippermetti aġir strateġiku fir-rigward tagħha, sa fejn din tista’ tiġi kkonfrontata bil-konsegwenzi ekonomiċi ta’ diversi azzjonijiet legali, imressqa b’mod abbużiv u mhux iġġustifikat, unikament bl-għan li jinkiseb kumpens marbut mal-użu tal-vaċċin tagħha. |
|
161 |
Fil-fatt, anki jekk il-fatt li kumpannija tkun esposta għal azzjonijiet għal kumpens jista’ mingħajr dubju jkollu bħala konsegwenza spejjeż għoljin, kemm f’termini ta’ riżorsi ekonomiċi, ta’ ħin jew ta’ persunal, inkluż fil-każ fejn tali azzjonijiet jiġu sussegwentement miċħuda bħala infondati, id-dritt ta’ terzi li possibbilment ġarrbu dannu minn vaċċin difettuż li jippreżentaw rikorsi għad-danni kontra l-impriżi kkonċernati huwa bbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 85/374. Dan id-dritt għal rikors huwa indipendenti mill-eżistenza u mill-kontenut tad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens. |
|
162 |
Barra minn hekk, l-interess tal-impriżi kkonċernati li jevitaw tali rikorsi għad-danni, fl-ipoteżi fejn huma jkunu effettivament ipproduċew u qiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni vaċċin difettuż, ma jistax jiġi kklassifikat bħala interess kummerċjali u, fi kwalunkwe każ, ma jikkostitwixxix interess denju ta’ protezzjoni, fid-dawl b’mod partikolari tad-dritt li kull persuna għandha li titlob kumpens għad-dannu li jkun ikkawżalha prodott difettuż (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑15 ta’ Diċembru 2011, CDC Hydrogene Peroxide vs Il‑Kummissjoni, T‑437/08, EU:T:2011:752, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). Bl-istess mod, ix-xewqa li jevitaw li jiġu esposti għal spejjeż ogħla relatati ma’ proċedura ġudizzjarja ma tikkostitwixxix interess protett skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ġunju 2019, Intercept Pharma u Intercept Pharmaceuticals vs EMA, T‑377/18, mhux ippubblikata, EU:T:2019:456, punti 55 u 56). |
|
163 |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi ebda element li jippermetti li jiġi konkluż li l-iżvelar usa’ tal-mekkaniżmu ta’ kumpens tal-impriżi kkonċernati jista’ jwassal għal rikorsi ppreżentati kontra dawn tal-aħħar. Fil-fatt, tali rikorsi dejjem ser ikunu intiżi sabiex il-produttur tal-vaċċini jiġi ordnat iħallas kumpens għad-dannu mġarrab, tkun xi tkun l-identità tal-entità li, finalment, għandha tbati d-danni mħallsa. |
|
164 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali tqis li l-ewwel motiv invokat fid-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar usa’ tad-dispożizzjoni dwar il-kumpens ma jurix, kif teħtieġ il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 99 iktar’ il fuq, l-eżistenza ta’ riskju prevedibbli u mhux purament ipotetiku għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati. |
|
165 |
It-tieni motiv invokat fid-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens, b’mod partikolari dawk li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet eżatti li fihom huwa eskluż il-kumpens mill-Istat Membru, huwa li tali żvelar inevitabbilment jagħti lill-kompetituri tal-impriża kkonċernata, inklużi dawk li ma jipproduċux vaċċini, il-“punti dgħajfa” tal-kopertura tar-responsabbiltà tagħha u jipprovdilhom vantaġġ kompetittiv li huma jistgħu jużaw, pereżempju, fir-reklami u fir-reklami komparattivi. |
|
166 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-raġuni għalfejn id-dispożizzjonijiet relatati mal-kumpens ġew inkorporati fil-ftehimiet inkwistjoni, jiġifieri li jiġu kkumpensati r-riskji sostnuti mill-impriżi kkonċernati marbuta mat-tqassir tat-terminu ta’ żmien għall-iżvilupp tal-vaċċini, kienet taqa’ taħt id-dominju pubbliku qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
167 |
Barra minn hekk, il-ftehimiet kollha inkwistjoni jinkludu dispożizzjoni dwar il-kumpens li, barra minn hekk, telenka, b’mod globalment simili, is-sitwazzjonijiet speċifiċi prinċipali li fihom il-kumpens tal-impriża kkonċernata mill-Istat Membru huwa eskluż. |
|
168 |
Peress li l-impriżi kollha kkonċernati kienu jibbenefikaw, għal raġuni identifikata u leġittima, minn dispożizzjoni dwar il-kumpens, id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi ebda element li jippermetti li jiġi konkluż li, fil-każ ta’ żvelar usa’ tal-klawżola dwar il-kumpens, ir-riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati, b’mod partikolari billi jingħata vantaġġ kompetittiv lill-imsemmija impriżi bejniethom, kien, fid-data tal-adozzjoni tagħha, raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku. |
|
169 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali tqis li t-tieni motiv invokat fid-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar usa’ tad-dispożizzjoni dwar il-kumpens ma jurix, kif teħtieġ il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 99 iktar’ il fuq, l-eżistenza ta’ riskju prevedibbli u mhux purament ipotetiku għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati. |
|
170 |
Fir-rigward tat-tielet motiv invokat fid-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar sħiħ tad-dispożizzjoni dwar il-kumpens, b’mod partikolari tal-kundizzjonijiet li fihom il-kumpens mill-Istat Membru huwa eskluż, jiġifieri li għarfien preċiż tal-limiti tar-responsabbiltà tal-impriżi kkonċernati jkollu riperkussjonijiet fuq ir-reputazzjonijiet tagħhom mal-konsumaturi u mal-eventwali msieħba kummerċjali tagħhom, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, preġudizzju għar-reputazzjoni ta’ impriża ċertament jikkostitwixxi preġudizzju għall-interessi kummerċjali tagħha sa fejn ir-reputazzjoni ta’ kull operatur attiv f’suq hija essenzjali għat-twettiq tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu fis-suq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2018, Falcon Technologies International vs Il‑Kummissjoni, T‑875/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:877, punti 51 u 53). |
|
171 |
Madankollu, għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fil-punti 166 sa 168 iktar ’il fuq, id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi ebda element li jippermetti raġonevolment li jiġi konkluż li, fil-każ ta’ żvelar usa’ tad-dispożizzjoni dwar il-kumpens, ir-riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati, b’mod partikolari għar-reputazzjoni tagħhom, kien, fid-data tal-adozzjoni tagħha, raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku. |
|
172 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali tqis li t-tielet motiv invokat fid-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar usa’ tad-dispożizzjoni dwar il-kumpens ma jurix, kif teħtieġ il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 99 iktar’ il fuq, l-eżistenza ta’ riskju prevedibbli u mhux purament ipotetiku għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati. |
|
173 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tieni lment tat-tieni parti tat-tieni motiv huwa fondat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens tal-ftehimiet inkwistjoni. |
|
174 |
Minn dan isegwi li jeħtieġ li jintlaqa’ parzjalment it-tieni lment tat-tieni parti tat-tieni motiv f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens u li dan jiġi miċħud parzjalment f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-impriżi kkonċernati. |
3) Fuq ir‑rifjut ta’ aċċess għal‑lista tal-imsieħba tan‑network tal‑manifattura u tas‑sottokuntratturi tal‑impriżi kkonċernati
|
175 |
Permezz tat-tielet ilment, ir-rikorrenti jikkontestaw in-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-fondatezza tagħha sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-lista tal-imsieħba tan-network tal-manifattura u tas-sottokuntratturi tal-impriżi kkonċernati, abbażi tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
176 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. |
|
177 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li l-għażla li jkun hemm sit ta’ produzzjoni f’post partikolari jew li jintuża sottokuntrattur partikolari għal kompitu partikolari kienet taqa’ taħt l-istrateġija kummerċjali interna tal-impriżi kkonċernati u kienet ir-riżultat ta’ għażla ekonomika preċiża. L-identiċità tal-imsemmija siti u r-relazzjoni ekonomika jew industrijali tagħhom mal-impriża kkonċernata ma jaqgħux taħt id-dominju pubbliku. Hija kkonkludiet li l-iżvelar tal-annessi tal-ftehimiet kollha inkwistjoni li jirrigwardaw is-sottokuntratturi jagħti lill-kompetituri tal-impriżi kkonċernati elementi importanti tal-kapaċitajiet industrijali tagħhom u jista’ tippreġudika l-kapaċitajiet industrijali tagħhom li jipproduċu l-vaċċin, jew saħansitra, eventwalment, timpedixxi, minħabba raġunijiet ekonomiċi, l-eżekuzzjoni sħiħa tal-ftehimiet konklużi. |
|
178 |
B’dan il-mod, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet suffiċjenti dwar in-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni dwar il-lista tal-imsieħba tan-network tal-manifattura u tas-sottokuntratturi tal-impriżi kkonċernati, b’tali mod li hemm lok li l-ilment tagħhom dwar in-natura insuffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward jiġi miċħud. |
|
179 |
Wara li kkonsultat il-verżjonijiet sħaħ tal-ftehimiet inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li dawn jesponu, b’livell ta’ dettall varjabbli, l-identità tad-diversi sottokuntratturi jew imsieħba tal-impriżi kkonċernati u fejn jinsabu, kif ukoll, skont il-każ, l-assenjazzjoni tal-kompiti fost l-entitajiet elenkati. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, saru emendi, bħal żidiet jew bidliet ta’ siti jew ta’ msieħba, fl-istadju tal-ftehim ta’ xiri meta mqabbel mal-ftehim ta’ xiri bil-quddiem. |
|
180 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ġustament ikkunsidrat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-informazzjoni dwar il-lista tal-imsieħba tan-network ta’ manifattura u dwar is-sottokuntratturi tal-impriżi kkonċernati moħbija fil-ftehimiet inkwistjoni kienet taqa’ taħt ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom u, fl-aħħar mill-aħħar, taħt il-kapaċità tagħhom u taħt l-istrateġija industrijali u kummerċjali tagħhom. |
|
181 |
Issa, kif tfakkar fil-punt 100 iktar ’il fuq, il-protezzjoni li għandha tiġi ggarantita lill-interessi kummerċjali konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 tista’ tkopri tali informazzjoni. |
|
182 |
Barra minn hekk, kif tirrileva, essenzjalment, il-Kummissjoni, ma jistax jiġi eskluż li r-relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti mill-impriżi kkonċernati mal-imsieħba tagħhom tan-network tal-manifattura u s-sottokuntratturi tagħhom ħolqu sinerġija li għandha valur kummerċjali u li l-iżvelar ta’ data personali li tikkonċerna l-imsemmija relazzjonijiet jista’ jippreġudika l-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati jew jippreġudika l-kompetizzjoni leali (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2022, Antea Polska et, C‑54/21, EU:C:2022:888, punt 79). |
|
183 |
Barra minn hekk, l-informazzjoni li tinsab fil-ftehimiet inkwistjoni ma tistax titqies bħala storika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Lulju 2015, Axa Versicherung vs Il‑Kummissjoni, T‑677/13, EU:T:2015:473, punt 154 u l-ġurisprudenza ċċitata, u d-digriet tat‑12 ta’ Lulju 2018, RATP vs Il‑Kummissjoni, T‑250/18 R, mhux ippubblikat, EU:T:2018:458, punti 55 u 57). Fil-fatt, din id-data kellha inqas minn sentejn u, kif jirriżulta mit-tweġiba tal-Kummissjoni għal mistoqsija magħmula bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-parti l-kbira tal-ftehimiet inkwistjoni kienu għadhom qegħdin jiġu eżegwiti fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
184 |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti la jikkontestaw il-kuntest kompetittiv ħafna li fih joperaw l-impriżi kkonċernati, u lanqas il-kuntest ta’ domanda kbira għall-vaċċini kontra l-COVID-19. |
|
185 |
Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ġustament qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-iżvelar sħiħ tal-lista tal-imsieħba tan-network tal-manifattura u tas-sottokuntratturi jista’ jipprovdi lill-kompetituri tal-impriżi kkonċernati informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-kapaċitajiet industrijali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑7 ta’ Settembru 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni, T‑651/21, mhux ippubblikata, EU:T:2022:526, punti 108 u 109, u tat‑12 ta’ Ottubru 2022, Saure vs Il‑Kummissjoni, T‑524/21, EU:T:2022:632, punti 99 sa 102). |
|
186 |
Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-eżistenza ta’ riskju raġonevolment prevedibbli u mhux ipotetiku ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-imsemmija impriżi fir-rigward tal-iżvelar sħiħ tal-lista tal-imsieħba tan-network tal-manifattura u tas-sottokuntratturi tal-impriżi kkonċernati huma fondati. |
|
187 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tielet ilment tat-tieni parti tat-tieni motiv għandu jiġi miċħud. |
c) Konklużjoni dwar it‑tieni motiv
|
188 |
Għar-raġunijiet esposti fil-punti 65 sa 92 u fil-punti 154 sa 174 iktar ’il fuq, l-ewwel parti tat-tieni motiv u t-tieni lment tat-tieni parti tat-tieni motiv għandhom jintlaqgħu u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata fir-rigward tar-rifjut parzjali ta’ aċċess għad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi u tad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens, u t-tieni motiv għandu jiġi miċħud fir-rigward tal-kumplament. |
3. Fuq it‑tielet motiv, ibbażat fuq l‑eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l‑aċċess sħiħ għad‑dokumenti mitluba
|
189 |
Insostenn tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li t-talba tagħhom għal aċċess għal dokumenti hija ġġustifikata minn interess pubbliku superjuri li jista’ jiġġustifika speċifikament l-iżvelar tal-informazzjoni sensittiva moħbija. B’mod partikolari, ir-rikorrenti jinvokaw il-prinċipju ta’ governanza tajba tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ trasparenza, li huwa partikolarment sensittiv, peress li d-dokumenti mitluba kienu involuti fi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Huma jinvokaw ukoll il-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-akkwist pubbliku tal-Unjoni u d-drittijiet għal smigħ xieraq, għal amministrazzjoni tajba u għall-integrità tal-persuna. Huma jitolbu li jkunu jistgħu jevalwaw u jivverifikaw il-prattiki tal-atturi istituzzjonali inkarigati min-negozjar u l-konklużjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, li jissorveljaw il-legalità tal-imsemmija ftehimiet, li jiżguraw l-użu tajjeb tal-fondi pubbliċi impenjati mill-Kummissjoni u li jagħtu l-kunsens liberu u informat tagħhom għat-tilqim. Huma jinvokaw ir-riluttanza ta’ ħafna ċittadini li jitlaqqmu, il-fatt li huma kienu mġiegħla jitlaqqmu fid-dawl tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika imposti mill-Istati Membri u x-xewqa tagħhom li jkunu jistgħu jaċċedu għall-ftehimiet inkwistjoni għall-finijiet tal-informazzjoni xierqa tagħhom u tal-kunsens tagħhom għal att mediku. |
|
190 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. |
|
191 |
F’dan ir-rigward, preliminarjament, minn naħa, il-Qorti Ġenerali tirrileva li l-eżami tat-tielet motiv jikkonċerna biss il-ftehimiet inkwistjoni, jiġifieri d-dokumenti li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn jaqgħu taħt l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
192 |
Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jipprevedux l-ibbilanċjar tal-interess pubbliku marbut mal-ħajja privata u mal-integrità tal-individwu mal-interess pubbliku superjuri (sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il‑Parlament, T‑115/13, EU:T:2015:497, punt 62). Għaldaqstant, it-tielet motiv ma jikkonċernax id-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi ttrattati fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tieni motiv. |
|
193 |
Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali tfakkar li t-tieni lment tat-tieni parti tat-tieni motiv għandu jintlaqa’ parzjalment, sa fejn il-motivi għar-rifjut tal-iżvelar usa’ tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kumpens ma jurux l-eżistenza ta’ riskju prevedibbli u mhux purament ipotetiku ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati, bi ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Minn dan isegwi li l-eżami tat-tielet motiv ma jikkonċernax dan l-aspett tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
194 |
Konformement mal-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari “jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu”. Minn dan jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jirrifjutaw l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jkun iġġustifikat minn interess pubbliku superjuri, anki jekk dan jista’ jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari. |
|
195 |
F’dan il-kuntest, għandu jitwettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar, minn naħa, tal-interess speċifiku li għandu jiġi protett permezz tan-nuqqas ta’ żvelar tad-dokument ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, b’mod partikolari, tal-interess ġenerali li dan id-dokument isir aċċessibbli, fid-dawl tal-vantaġġi li jirriżultaw, kif huwa ppreċiżat fil-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001, minn trasparenza addizzjonali, jiġifieri parteċipazzjoni aħjar taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali, kif ukoll minn leġittimità ikbar, effiċjenza ikbar u responsabbiltà ikbar tal-amministrazzjoni taċ-ċittadini f’sistema demokratika (ara s-sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2010, Agapiou Joséphidès vs Il‑Kummissjoni u EACEA, T‑439/08, mhux ippubblikata, EU:T:2010:442, punt 136 u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza tal‑5 ta’ Frar 2018, PTC Therapeutics International vs EMA, T‑718/15, EU:T:2018:66, punt 107). |
|
196 |
Hija r-responsabbiltà ta’ min iressaq it-talba li jinvoka f’termini konkreti ċirkustanzi li jiġġustifikaw interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (ara s-sentenzi tal‑14 ta’ Novembru 2013, LPN u Il-Finlandja vs Il‑Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, EU:C:2013:738, punt 94 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth vs Il‑Kummissjoni, C‑612/13 P, EU:C:2015:486, punt 90 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, huma dawk li jsostnu l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri fis-sens tal-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 li għandhom juru dan (sentenza tal‑25 ta’ Settembru 2014, Spirlea vs Il‑Kummissjoni, T‑306/12, EU:T:2014:816, punt 97). |
|
197 |
F’dan il-kuntest, il-persuna li jkollha l-intenzjoni topponi motiv għal rifjut ta’ żvelar għandha, minn naħa, issostni l-eżistenza ta’ interess pubbliku li jista’ jipprevalixxi fuq dan il-motiv u, min-naħa l-oħra, turi preċiżament li, f’dan il-każ, l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati jikkontribwixxi, b’mod konkret, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ dan l-interess pubbliku sal-punt li l-prinċipju ta’ trasparenza jipprevalixxi fuq il-protezzjoni tal-interessi li mmotivaw ir-rifjut ta’ żvelar (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑21 ta’ Mejju 2019, Pint vs Il‑Kummissjoni, C‑770/18 P, mhux ippubblikat, EU:C:2019:436, punt 18), jiġifieri, f’dan il-każ, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati. |
|
198 |
L-interess pubbliku superjuri li jista’ jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokument ma għandux neċessarjament ikun distint mill-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Nru 1049/2001. Madankollu, ma jistgħux jiġu invokati kunsiderazzjonijiet ġenerali biex jiġi ġġustifikat l-aċċess għad-dokumenti mitluba, li jirrikjedi li l-prinċipju tat-trasparenza jkun partikolarment importanti fis-sitwazzjoni partikolari, tant li jipprevalixxi fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut li jiġu żvelari d-dokumenti inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑14 ta’ Novembru 2013, LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, EU:C:2013:738, punti 92 u 93 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth vs Il‑Kummissjoni, C‑612/13 P, EU:C:2015:486, punti 92 u 93). |
|
199 |
Fl-applikazzjoni konfermatorja, ir-rikorrenti invokaw interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba bbażat essenzjalment fuq it-trasparenza li timplika l-“governanza tajba li tirregola l-funzjonament tal-Unjoni skont l-Artikolu 15 TFUE”. Dan l-interess pubbliku jipprevalixxi fuq l-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati fid-dawl tal-istat ta’ emerġenza tas-saħħa. |
|
200 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat aċċess usa’ għad-dokumenti 1, 3 sa 6, 8 u 9, preċedentement żvelati, kif ukoll aċċess parzjali għad-dokumenti 2, 7 u 10 sa 13, li sa dak iż-żmien ma kinux ġew żvelati pubblikament taħt forma redatta, il-Kummissjoni indikat li tirrikonoxxi l-istat ta’ emerġenza marbut mal-pandemija tal-COVID-19, li taqbel mal-importanza tal-fiduċja tal-pubbliku fl-azzjonijiet tagħha f’dak li jirrigwarda x-xiri tal-vaċċini u li tirrikonoxxi l-livell għoli ta’ trasparenza meħtieġ. Madankollu, hija qieset li r-rikorrenti ma kinux stabbilixxew in-neċessità li tiġi żvelata l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva moħbija abbażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, l-argumenti dwar il-governanza tajba u t-trasparenza huma ta’ natura ġenerali. Hija fakkret li hija kienet ikkomunikat b’mod regolari informazzjoni dwar il-progress tan-negozjati mal-impriżi kkonċernati u d-diversi passi meħuda, inkluż mal-Parlament Ewropew, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza. Hija esponiet li kienet ikkonsultat lill-impriżi kkonċernati sabiex tagħti l-usa’ aċċess possibbli għall-ftehimiet inkwistjoni. Madankollu, hija enfasizzat li d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ma kienx dritt ġenerali u assolut. Sussegwentement, hija fakkret li kunsiderazzjonijiet ġenerali, inkluż dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, ma kinux suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw interess pubbliku superjuri, mingħajr preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet konkreti li jiġġustifikaw sa liema punt l-iżvelar kien ser iservi dan l-interess pubbliku. Hija ppreċiżat li ma kinitx f’qagħda li tidentifika xi tip ta’ interess pubbliku li jista’ jipprevalixxi fuq l-interess pubbliku u privat protett mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fl-aħħar nett, hija kkunsidrat li l-fatt li l-ftehimiet inkwistjoni kienu relatati ma’ proċedura amministrattiva u mhux ma’ atti leġiżlattivi kien isaħħaħ il-konklużjoni li ebda interess pubbliku superjuri ma jiġġustifika l-iżvelar tas-siltiet moħbija. |
|
201 |
F’dan il-każ, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma hija vvizzjata minn ebda żball ta’ liġi fir-rigward tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
202 |
B’mod partikolari, ir-rikorrenti semmew biss, fl-applikazzjoni konfermatorja tagħhom, kunsiderazzjonijiet ġenerali relatati mat-trasparenza u mal-governanza tajba. Issa, tali kunsiderazzjonijiet ma jistgħux ikunu ta’ natura li jistabbilixxu li l-interess marbut mat-trasparenza kien jippreżenta, f’dan il-każ, importanza partikolari li setgħet tipprevalixxi fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ żvelar tal-partijiet moħbija tal-ftehimiet inkwistjoni. |
|
203 |
Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma ċaħditx l-eżistenza ta’ interess tal-pubbliku li jirċievi informazzjoni dwar ix-xiri tal-vaċċini u l-ftehimiet inkwistjoni, iżda qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li dan l-interess kien issodisfatt mid-diversi passi meħuda sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, fosthom il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-istat ta’ progress tan-negozjati u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Parlament bil-fomm u bil-miktub. Għandu jiġi kkonstatat ukoll li l-informazzjoni moħbija ma fihiex indikazzjonijiet xjentifiċi dwar l-effikaċja u s-sikurezza tal-vaċċini li jikkonċernaw it-tħassib possibbli tal-pubbliku dwar l-użu tal-vaċċini. |
|
204 |
Din il-konklużjoni ma hijiex imqiegħda inkwistjoni mill-argumenti tar-rikorrenti mqajma fil-kuntest tan-nota ta’ adattament tagħhom. |
|
205 |
L-ewwel nett, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, peress li l-punt 3 ta’ din id-deċiżjoni huwa ddedikat għall-imsemmija kwistjoni. |
|
206 |
It-tieni, sa fejn, fl-applikazzjoni konfermatorja, ir-rikorrenti sostnew li kien jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar sħiħ tal-ftehimiet inkwistjoni, huma kellhom jinvokaw b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw tali żvelar. L-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni kellha teżamina ex officio l-eżistenza ta’ tali interess, anki jekk ma kinux għamlu riferiment għalih, ma jistax iqiegħed inkwistjoni din il-konstatazzjoni. |
|
207 |
Huwa minnu li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jipprevedi l-modalitajiet prattiċi tat-talbiet għal aċċess għal dokumenti skont dan ir-regolament, jipprovdi li “[l]-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni”. Madankollu, meta istituzzjoni li tirċievi talba għal aċċess tikkonstata li l-imsemmi żvelar jista’ jippreġudika l-protezzjoni ta’ wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, kif għamlet il-Kummissjoni fit-tweġiba għat-talba inizjali, huwa min iressaq it-talba li jixtieq li l-istituzzjoni inkwistjoni tirrevedi l-pożizzjoni tagħha minħabba l-allegata eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li għandu jippreżenta argumenti għal dan l-għan, kif ġie kkonstatat fil-punti 196 u 197 iktar ’il fuq. |
|
208 |
It-tielet, fir-rigward tal-affermazzjonijiet ġenerali dwar ix-xewqa tagħhom li jkunu jistgħu jissorveljaw il-prattiki tal-atturi istituzzjonali inkarigati mill-akkwist tal-ftehimiet inkwistjoni u l-legalità tal-imsemmija ftehimiet u li jiżguraw l-użu tajjeb tal-fondi pubbliċi użati mill-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma jissostanzjawx il-motivi konkreti li jiġġustifikaw, f’dan il-każ, l-iżvelar usa’ tal-ftehimiet inkwistjoni. F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li ma humiex ir-rikorrenti li għandhom jistabbilixxu sa fejn id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist u d-dritt Belġjan, li huwa d-dritt li jirregola l-ftehimiet inkwistjoni, ġew osservati. Bl-istess mod, ma humiex l-Istati Membri li għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Fil-fatt, ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36), u r-Regolament 2016/369 kif emendat bir-Regolament 2020/521 kif ukoll il-ftehimiet inkwistjoni jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex iwettqu awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma jispjegawx kif l-iżvelar tal-elementi kummerċjalment sensittivi moħbija jippermettilhom jifformaw opinjoni informata dwar l-għoti konġunt tal-kuntratti għall-vaċċini kontra l-COVID-19 jew dwar l-użu tal-fondi pubbliċi, filwaqt li dawn l-istess elementi jistgħu jintużaw kontra l-impriżi kkonċernati, jew saħansitra kontra l-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ xiri sussegwenti. Minn dan isegwi li r-rikorrenti baqgħu ma wrewx preċiżament kif l-iżvelar tal-informazzjoni moħbija jikkontribwixxi, b’mod konkret, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi li huma jinvokaw. |
|
209 |
Ir-raba’, sa fejn ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-iżvelar usa’ tal-ftehimiet inkwistjoni huwa neċessarju għall-informazzjoni xierqa tagħhom u sabiex jingħata l-kunsens, b’mod informat, għat-tilqim kontra l-COVID-19, minbarra li dawn l-affermazzjonijiet huma ta’ natura ġenerali, dawn huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-partijiet moħbija tal-ftehimiet inkwistjoni jinkludu indikazzjonijiet xjentifiċi li jistgħu jirrigwardaw it-tħassib possibbli tal-pubbliku f’dak li jirrigwarda l-użu tal-vaċċini. Issa, kif ġie rrilevat fil-punt 202 iktar ’il fuq, dan ma huwiex il-każ u, kif ġie rrilevat fil-punt 126 iktar ’il fuq, l-impriżi kkonċernati huma obbligati josservaw il-kundizzjonijiet kollha previsti fl-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti wrew li l-iżvelar tal-informazzjoni moħbija tikkontribwixxi b’mod konkret sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku li huma jinvokaw. |
|
210 |
Il-ħames, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li t-trasparenza għandha importanza partikolari peress li l-ftehimiet inkwistjoni kienu involuti fi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Fil-fatt, l-imsemmija ftehimiet la jistabbilixxu obbligu li wieħed jitlaqqam kontra l-COVID-19, u lanqas obbligu li tiġi ppreżentata prova ta’ tilqim bħala kundizzjoni għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika. F’dan ir-rigward, l-obbligi f’dan is-sens jirriżultaw biss mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri (ara, għal dan il-għan, id-digriet tad‑29 ta’ April 2022, Abenante et vs Il‑Parlament u Il-Kunsill, T‑527/21, mhux ippubblikat, EU:T:2022:278, punti 22 u 23). |
|
211 |
Fl-aħħar nett, sa fejn ir-rikorrenti jinvokaw ix-xewqa li jeżerċitaw stħarriġ demokratiku fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni, kif indikat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, l-attività amministrattiva tagħha ma teħtieġx l-istess livell ta’ aċċess għad-dokumenti bħal dak meħtieġ mill-attività leġiżlattiva ta’ istituzzjoni tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad‑29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, C‑139/07 P, EU:C:2010:376, punt 60, u tas‑27 ta’ Frar 2014, Il‑Kummissjoni vs EnBW, C‑365/12 P, EU:C:2014:112, punt 91). |
|
212 |
Issa, f’dan il-każ, il-ftehimiet inkwistjoni jaqgħu fil-kuntest ta’ attività amministrattiva. |
|
213 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni invokat l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati, premess, madankollu, li, kif jirriżulta mill-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1049/2001, din l-eċċezzjoni ma hijiex intiża li tapplika għal perijodu illimitat iżda biss sakemm din il-protezzjoni tkun iġġustifikata fid-dawl tal-kontenut tad-dokument inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Jannar 2010, Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni, C‑362/08 P, EU:C:2010:40, punti 56 u 57). |
|
214 |
Minn dan isegwi li t-tielet motiv, kif iddefinit fil-punti 191 sa 193 iktar ’il fuq, għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
4. Fuq ir‑raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità
|
215 |
Insostenn tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
216 |
Il-Kummissjoni titlob li dawn l-allegazzjonijiet jiġu miċħuda. |
|
217 |
F’dan il-każ, għar-raġunijiet esposti fil-punti 85 sa 92 u 193 iktar ’il fuq, l-eżami tar-raba’ motiv ma jikkonċernax ir-rifjut parzjali ta’ aċċess – la għad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi u lanqas għad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens tal-ftehimiet inkwistjoni. |
|
218 |
Fir-rigward tal-kritika magħmula lill-Kummissjoni li ma vverifikatx jekk l-iżvelar kienx proporzjonat mal-preġudizzju kkawżat lill-interessi tar-rikorrenti, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li, jekk parti biss mid-dokument mitlub tkun ikkonċernata minn waħda jew iktar mill-eċċezzjonijiet, il-partijiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati u l-eżami tal-aċċess parzjali għall-imsemmi dokument tal-Kummissjoni għandu jsir fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2001, Il‑Kunsill vs Hautala, C‑353/99 P, EU:C:2001:661, punti 27 u 28). |
|
219 |
Fil-fatt, il-ġurisprudenza tenfasizza li mill-kliem tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li istituzzjoni jew korp huwa marbut li jeżamina jekk għandux jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti koperti minn talba għal aċċess, billi jillimita rifjut possibbli biss għall-informazzjoni koperta mill-eċċezzjonijiet imsemmija. L-istituzzjoni jew il-korp għandu jagħti tali aċċess parzjali jekk l-għan imfittex minn din l-istituzzjoni jew minn dan il-korp, meta jirrifjuta l-aċċess għad-dokument, ikun jista’ jintlaħaq fil-każ li din l-istituzzjoni tillimita ruħha biex taħbi s-siltiet li jistgħu jippreġudikaw l-interess pubbliku protett (sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2013, Besselink vs Il‑Kunsill, T‑331/11, mhux ippubblikata, EU:T:2013:419, punt 84; ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2001, Il‑Kunsill vs Hautala, C‑353/99 P, EU:C:2001:661, punt 29). |
|
220 |
L-analiżi ddettaljata tad-dokumenti differenti, li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata, turi li l-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ aċċess għad-dokumenti fl-osservanza stretta tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li l-applikazzjoni tiegħu fil-qasam tal-aċċess għad-dokumenti ġiet deskritta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 218 u 219 iktar ’il fuq. |
|
221 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-raba’ motiv, kif iddefinit fil-punt 217 iktar ’il fuq, għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
222 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha iktar ’il fuq, hemm lok li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta, bi ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, aċċess usa’ għad-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitt ta’ interessi ffirmati mill-membri tat-tim konġunt ta’ negozjar u sa fejn din tirrifjuta, bi ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-aċċess iktar estiż għad-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens, u li jiġi miċħud il-kumplament tar-rikors. |
|
223 |
F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti Ġenerali li tieħu post il-Kummissjoni u li tindika l-partijiet tad-dokumenti li għalihom kellu jingħata aċċess totali jew parzjali, peress li l-istituzzjoni hija obbligata, fl-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza u konformement mal-Artikolu 266 TFUE, li tieħu inkunsiderazzjoni l-motivi esposti f’dan ir-rigward fis-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Lulju 2006, Franchet u Byk vs Il‑Kummissjoni, T‑391/03 u T‑70/04, EU:T:2006:190, punt 133). |
IV. Fuq l‑ispejjeż
|
224 |
Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali għandha tuża d-diskrezzjoni tagħha fid-deċiżjoni dwar l-ispejjeż. Peress li l-Kummissjoni essenzjalment tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti. |
|
Għal dawn ir-raġunijiet, IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi li: |
|
|
|
|
|
Svenningsen Mac Eochaidh Martín y Pérez de Nanclares Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis‑17 ta’ Lulju 2024. Firem |
Werrej
|
I. Il‑fatti li wasslu għall‑kawża |
|
|
II. It‑talbiet tal‑partijiet |
|
|
III. Id‑dritt |
|
|
A. Fuq il‑locus standi tar‑rikorrenti |
|
|
B. Fuq is‑suġġett tat‑tilwima |
|
|
C. Fuq il‑mertu |
|
|
1. Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat fuq in‑natura inkompleta tal‑lista tad‑dokumenti identifikati bħala li jidħlu fil‑kamp tat‑talba għal aċċess għad‑dokumenti |
|
|
2. Fuq it‑tieni motiv, ibbażat fuq l‑inapplikabbiltà taż‑żewġ eċċezzjonijiet invokati mill‑Kummissjoni sabiex tiġġustifika r‑rifjut ta’ aċċess għad‑dokumenti mitluba |
|
|
a) Fuq l‑ewwel parti tat‑tieni motiv, ibbażata fuq l‑inapplikabbiltà tal‑eċċezzjoni dwar il‑protezzjoni tal‑ħajja privata u tal‑integrità tal-individwu (l‑Artikolu 4(1)(b) tar‑Regolament Nru 1049/2001) |
|
|
b) Fuq it‑tieni parti tat‑tieni motiv, ibbażata fuq l‑inapplikabbiltà tal‑eċċezzjoni dwar il‑protezzjoni tal‑interessi kummerċjali tal‑impriżi (l‑ewwel inċiż tal‑Artikolu 4(2) tar‑Regolament Nru 1049/2001) |
|
|
1) Fuq ir‑rifjut parzjali ta’ aċċess għad‑dispożizzjonijiet dwar il‑proprjetajiet tal‑vaċċini u l‑kontroll tal‑kwalità |
|
|
i) Fuq il‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata |
|
|
ii) Fuq il‑fondatezza tal‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata |
|
|
2) Fuq ir‑rifjut parzjali ta’ aċċess għad‑dispożizzjonijiet relatati mal‑kumpens |
|
|
i) Fuq il‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata |
|
|
ii) Fuq il‑fondatezza tal‑motivazzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata |
|
|
– Fuq id‑dispożizzjonijiet dwar ir‑responsabbiltà kuntrattwali |
|
|
– Fuq id‑dispożizzjonijiet dwar il‑kumpens |
|
|
3) Fuq ir‑rifjut ta’ aċċess għal‑lista tal-imsieħba tan‑network tal‑manifattura u tas‑sottokuntratturi tal‑impriżi kkonċernati |
|
|
c) Konklużjoni dwar it‑tieni motiv |
|
|
3. Fuq it‑tielet motiv, ibbażat fuq l‑eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l‑aċċess sħiħ għad‑dokumenti mitluba |
|
|
4. Fuq ir‑raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità |
|
|
IV. Fuq l‑ispejjeż |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.
( 1 ) Il-lista tar-rikorrenti l-oħra hija annessa biss mal-verżjoni kkomunikata lill-partijiet.