Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas‑26 ta’ Ottubru 2022 – Siremar vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑668/21) ( 1 )

“Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Għajnuna għas-salvataġġ – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni – Terminu ta’ sitt xhur – Proroga – Eżenzjoni mit-taxxa – Vantaġġ – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Tul tal-proċedura – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

1. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ impriża f’diffikultà – Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ – Obbligu li pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ stralċ jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur mill-awtorizzazzjoni tal-għajnuna

(Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 244, punti15, 25 u 26)

(ara l-punti 30-38, 42, 43)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Adozzjoni minnha ta’ linji gwida li jirregolaw l-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Konsegwenzi – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha – Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

(Avviż tal-Kummissjoni 2004/C 244/02)

(ara l-punti 39, 40)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Data rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Data tal-att legalment vinkolanti li torbot lill-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex tagħti l-għajnuna – Għajnuna li tista’ timmaterjalizza biss fit-twettiq ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Assenza ta’ effett

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 55-61)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-ħlas lura tagħha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-kompitu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura – Obbligu għall-Kummissjoni li tipprovdi metodu ta’ kalkolu – Obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha miġjuba għall-attenzjoni tagħhom, inkluż il-kummerċ bejniethom u l-Kummissjoni

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 62, 64-68)

5. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Diffikultajiet fl-eżekuzzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru li jikkollaboraw fis-sejba ta’ soluzzjoni li tosserva t-Trattat

(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punt 63)

6. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għajnuna li tista’ taffettwa l-imsemmija skambji u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni – Kunċett

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 71-75)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għajnuna li tippermetti ż-żamma fis-suq ta’ impriża f’diffikultà – Għajnuna li tista’ toħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 76-78)

8. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Obbligu – Benefiċjarji f’diffikultà jew fi stralċ – Assenza ta’effett

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punt 80)

9. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Assenza ħlief għal ċirkustanzi eċċezzjonali – Aspettattivi leġittimi li nħolqu mit-tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva – Obbligu għall-Kummissjoni li tagħti deċiżjoni f’terminu raġonevoli – Evalwazzjoni in concreto

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 15(2) u Artikolu 16(1) u (2))

(ara l-punti 89-118, 123-128)

10. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni biss fil-kuntest tal-Artikolu 107(1) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 121, 122, 134)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Sicilia Regionale Marittima SpA – Siremar hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 2, 3.1.2022.