Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2023 –
Gutseriev vs Il-Kunsill

(Kawża T-526/21) ( 1 )

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi ta’ persuni, entitajiet u ta’ organi kkonċernati – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Dritt għar-reputazzjoni – Drittijiet tad-difiża”

1. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Dispożizzjoni ta’ portata ġenerali li tikkonċerna miżura restrittiva individwali – Inklużjoni permezz tal-eċċezzjoni ta’ illegalità – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi li jibbenifikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġawh – Kunċett

(Artikolu 21(2)(b) TUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/1002, premessi 1 sa 5, 8 u l-Artikolu 4(1); Regolament tal-Kunsill Nru 765/2006, Artikolu 2(5))

(ara l-punti 25, 45, 47 sa 54)

2. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Proċedura amministrattiva – Evalwazzjoni li għandha ssir in concreto – Kriterji ta' evalwazzjoni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Inklużjoni tar-rikorrent fil-lista annessa mad-deċiżjoni kkontestata minħabba l-kwalità tiegħu ta’ negozjant ewlieni li jeżerċità l-attivitajiet tiegħu fil-Bjelorussja – Terminu għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid mhux iffissat minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Qosor tat-terminu indikat fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(1) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/307; Regolament tal-Kunsill 2022/300)

(ara l-punti 31 sa 36, u 40)

3. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Inklużjoni fil-listi bbażata fuq sensiela ta’ indizji preċiżi, konkreti u konkordanti

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punti 59 sa 62)

4. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ – Element ikkomunikat bħala element li jiskaġuna mill-persuna suġġetta għall-miżuri restrittivi – Inklużjoni

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punt 63)

5. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi li jibbenifikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġawh – Negozjanti ewlenin li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-Bjelorussja – Kunċett – Evalwazzjoni tal-fatti u verifika tal-provi

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punti 75, 79, 83 sa 89, 94, 97, u 98)

6. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi li jibbenifikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġawh – Relazzjoni personali mal-President Lukashenka – Kunċett – Evalwazzjoni tal-fatti u verifika tal-provi

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punti 104, 107, 110)

7. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi li jibbenifikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġawh – Kunċett – Żball ta’ evalwazzjoni – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punti 111 sa 115, 128, 129, 132, 136 sa 140)

8. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Kamp ta' applikazzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi li jibbenifikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġawh – Kunċett – Persuni li wettqu l-imsemmija atti fil-passat, minkejja l-assenza ta’ elementi li jipprovaw l-involviment jew il-parteċipazzjoni attwali f’tali atti – Inklużjoni – Interpretazzjoni kkorroborata mill-possibbiltà li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi – Effett utli

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307, Artikolu 8 u l-Artikolu 8a(4); Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punti 144, 145)

9. 

L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ – Atti li jistgħu jiġu sostnuti permezz ta’ ċerti motivi u mhux permezz ta’ oħrajn – Validità ta’ dawn l-atti

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, Nru 2021/997 u Nru 2022/300)

(ara l-punt 146)

10. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà, għal-libertà ta’ intrapriża u dannu għar-reputazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 15, 16, 17 u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2022/307, Artikoli 3(1) u(6), 4(1), u 8; Regolamenti tal-Kunsill Nru 765/2006, Artikoli 2(5), 3 u 8a(4), 2021/997 u 2022/300)

(ara l-punti 153 sa 165)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Mikail Safarbekovich Gutseriev huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


( 1 ) ĠU C 422, 18.10.2021.