Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat‑3 ta’ Mejju 2023 –
SN vs Il‑Parlament

(Kawża T‑249/21) ( 1 )

“Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Allowance għal assistenza parlamentari – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Indipendenza tal-Membri tal-Parlament – Żball ta’ evalwazzjoni”

1. 

Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Allowance għal assistenza parlamentari – Kontroll relatat mal-użu ta’ spejjeż ta’ assistenza parlamentari – Oneru tal-prova

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament li timplimenta miżuri ta’ applikazzjoni għall-Istatut ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33(1) u (2) u Artikolu 68)

(ara l-punti 28 sa 30, 36, 37, 95)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 42)

3. 

Il-Parlament Ewropew – Membri – Indipendenza – Portata

(Art. 2 et 10, § 1 et 2, TUE)

(ara l-punti 48, 49)

4. 

Il-Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament – Preġudizzju għall-indipendenza tal-Membru kkonċernat – Assenza

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament li timplimenta miżuri ta’ applikazzjoni għall-Istatut ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68)

(ara l-punti 52, 53, 55)

5. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ ammont indebitament imħallas bħala assistenza parlamentari

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 66, 67)

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal‑21 ta’ Diċembru 2020, dwar l-irkupru mingħand SN tal-ammont ta’ EUR 196 199.84 indebitament imħallas bħala allowance għal assistenza parlamentari, u tan-nota ta’ debitu korrispondenti, tal‑15 ta’ Jannar 2021 huma annullati sa fejn jirrigwardaw ammonti mħallsa għal Mejju, Lulju u Novembru 2016, Ġunju 2017 u Marzu, April u Novembru 2018.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

SN u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


( 1 ) ĠU C 278, 12.7.2021.