Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2023 –
JS vs KEPD
(Kawża T-200/21) ( 1 )
“Dritt istituzzjonali – Protezzjoni tad-data personali – Regolament (UE) 2018/1725 – Ċaħda tal-ilment indirizzat lill-KEPD dwar il-ħażna u l-ipproċessar ta’ data personali mis-SRB – Ċaħda tat-talba għal reviżjoni – Dritt għat-tħassir – Dritt ta’ oppożizzjoni – Dritt għal limitazzjoni tal-ipproċessar – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba ”
1. |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Ir-Regolament 2018/1725. – Dritt għat-tħassir tad‑data – Eċċezzjonijiet – Ipproċessar neċessarju għall-osservanza ta’ obbligu legali impost fuq il-kontrollur – Obbligu li jinżamm il-fajl personali ta’ uffiċjal – Inklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1725, Artikoli 5(1) (b), 19(3)(b) u 23(1); regolamenti tal-Persunal, Artikolu 26) (ara l-punti 74, 76 sa 79, 81, 82) |
2. |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2018/1725. – Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar ilment individwali – Talba għal reviżjoni – Motivi mhux imqajma mir-rikorrent fl-ilment – Inammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1725, Artikolu 57(1)(e)) (ara l-punti 85 sa 92, 111, 112, 114) |
3. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41) (ara l-punt 98) |
4. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFU) (ara l-punt 122) |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
JS huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 217, 7.6.2021.