Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Firearms United Network et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-187/21) ( 1 )

“REACH - Regolament (UE) 2021/57 - Aġġornament tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Restrizzjoni fuq iċ-ċomb - Użu taċ-ċomb mill-kaċċa fl-artijiet mistagħdra jew madwarhom - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Preżunzjoni ta’ innoċenza ”

1. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Restrizzjonijiet applikabbli għal ċerti sustanzi — Introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda u emenda ta’ restrizzjonijiet eżistenti — Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Unjoni — Portata — Qasam li jinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Żball manifest, użu ħażin ta’ poter jew qbiż manifest tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 68(1) u l-AnnessXVII; Regolament tal-Kumissjoni 2021/57)

(ara l-punti 41 sa 44, 121 sa 123, 136)

2. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt — Ċertezza legali — Nulla poena sine lege — Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

(ara l-punti 103, 107)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Firearms United Network u MM. Tomasz Walter Stępień, Michał Budzyński u Andrzej Marcjanik għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3) 

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


( 1 ) ĠU C 217, 7.6.2021.